Koppja ma twaqqafx 'shooting range' milli tkompli toperajirriżulta li d-dar tagħha mibnija illegalment

  • Nov 13, 2017 17:16
  • Miktub minn iNews

    Imħallef warrbet talba ta' koppja minn Ħaż-Żebbuġ biex twaqqaf 'shooting range' mill tkompli bl-attivitajiet tagħha wara li fost oħrajn irriżulta li d-dar hija mibnija illegalment.

    Joseph u Maria Grech għamlu din it-talba f'kawża li fetħu fil-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili kontra Mary Anne Giordemaina f'isem il-Victoria Shooting Club.

    Il-koppja Grech qalet li hija l-proprjetarja ta' post li jinsab f'Tal-Ħandaq, limiti ta' Ħaż-Żebbuġ.

    Hija sostniet li x-'shooting range' tinsab viċin tar-residenza tagħhom u ħafna ċomb qed jispiċċa f'darhom, fuqhom u anke fuq uliedhom li għadhom żgħar.

    Huma għalhekk talbu lill-imħallef twaqqaf lix-'shooting range' milli jkompli jippermetti l-prattika tal-isport tal-isparar.

    Min-naħa tagħha, Giordemaina qalet li kienet il-koppja li għażlet li tiżviluppa l-proprjeta tagħha illegalment fil-viċinanzi tar-'range' li għandha l-permessi meħtieġa.

    Maria Grech xehdet li kien fl-2006 li hija u żewġha raw għall-ewwel darba d-dar li mbagħad żviluppawha fir-residenza tagħhom.

    Hija sostniet li mhux l-ewwel darba li ġew milquta miċ-ċomb u sostniet li meta żewġha mar ikellem lil Raymond Giordemaina, li jmexxi l-klabb, dan qallu li kien qed jistenna permess biex itella xi ħitan.

    Il-mara lmentat li għamlet rapport fl-għases tal-Pulizija ta' Ħaż-Żebbuġ u ta' Ħal Qormi imma għalxejn. Kien għalhekk li permezz ta' avukat bagħtet ittra lil Giordemaina.

    Grech żiedet li sakemm jintuża 'airgun' mhux problema imma anke meta ttella ħajt dan ma kienx biżżejjed biex iwaqqaf iċ-ċomb milli jispiċċa f'darhom u jolqot lill-membri tal-familja.

    Fil-kawza xehed fost oħrajn Ivor Robinich, bħala rappreżentant ta' dik li kienet il-MEPA, fejn dan qal li mill-verifiki li għamel fuq is-sit ma jirriżultax li hemm xi dar. Huwa sostna li l-applikazzjoni li saret mill-koppja Grech ġiet miċħuda u skont il-permessi tal-MEPA dan il-fond m'huwiex abitabbli.

    L-Imħallef Padovani Grima, li quddiemha nstemgħet il-kawża, irrimarkat għall-fatt li d-dar ġiet żviluppata illegalment u għamlitha ċara li jekk tilqa' it-talba tal-koppja tkun qed tagħti saħħa lil min aġixxa kontra l-liġi “u jippretendi li juża l-Qrati sabiex jostakola lil min attwalment segwa l-liġi”.

    “Fil-fehma tal-Qorti, ġaladarba r-rikorrenti għażlu li jinjoraw il-liġi meta żviluppaw il-proprjeta tagħhom fuq art li tinsab barra miz-zona tal-iżvilupp, mingħajr il-permessi neċessarji, ma jistgħux issa jużaw il-liġi sabiex jipproteġu l-godiment tagħhom ta' din il-proprjeta illegali u dan a skapitu tal-intimita noe li osservat u rrispettat il-liġijiet tal-pajjiż relatati mal-attivita operata minnha”.

    L-Imħallef Padovani Grima iddikjarat li mhux se taċċetta li tiġi wżata bħala tarka għal min ma juri l-ebda rispett lejn il-liġi għaliex min jikser il-liġi m'għandu jsib l-ebda konfort jew protezzjoni mill-Qrati f'dak kollu li jirrigwarda l-ksur tal-liġi kommess minnu.

    Kien għal din ir-raġuni li iddikjarat li l-bażi tal-kawża li fetħet il-koppja Grech kienet illeċita u għalhekk ċaħditilha t-talba tagħha.

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0