"Salva eluf ta’ ħajjiet… baqa’ leali lejn il-pazjenti sa l-aħħar ġranet li fihom kien b’saħħtu"

  • Nov 13, 2017 19:22
  • Miktub minn iNews

    Il-Viċi Prim Ministru Chris Fearne f’intervent li fihom sellem lill-Professur Anthony Zammit qal li  “lill-Professur Anthony Zammit ilni nafu snin twal.  Kif ilħaqt tabib kont bdejt naħdem miegħu u għadni grat sa llum.  Dan għamel isem għalih innifsu b’mod partikolari fil-Ġermanja. Kellu difetti wieħed dak tat-tipjip. Kien jaħdem sigħat twal u kien jibqa’ għaddej sa tard bil-lejl.  Kien imma persuna qalbu tajba ħafna. Fl-1988 qrib il-Milied kien qalilna biex nagħmlu riċeviment, imma dak inhar inqalgħet emerġenza u għamilna operazzjoni li damet sitt sigħat. Minħabba dan, il-pazjenti kienu grati lejh. Il-Professur Anthony Zammit kien pazjent tiegħi. Kien jaf x’marda għandu u li se ttemmlu ħajtu.  Sa l-aħħar ġranet ta’ ħajtu li fihom kien b’saħħtu iddikjarahom għall-pazjenti u dan hu ta’ eżempju għalina ilkoll.  Salva eluf ta’ ħajjiet u sabbar eluf oħra. Il-memorja tal-Professur Zammit se tibqa’ ħajja”. 

    Id-Deputat Nazzjonalista Mario de Marco ukoll tkellem dwar il-karatturi pożittiv tal-Professur Zammit u kemm dan kien leali lejn il-kostituwenti u l-pazjenti tiegħu. 

    L-Ispeaker Anġlu Farrugia qal li “l-Professur Anthony Zammit kellu karattru sod, ġentlom u qalbu tajba. Kont pazjent tiegħu u operani b’suċċess.”  Hu ta l-kondoljanzi lill-familjari.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0