RITRATTI: Il-Mostin maħsudin b'riefnu li kkawża ħsarat estensivi

  • Nov 13, 2017 19:53
  • Miktub minn iNews

    Xemx u xita Alla jaf meta, u minkejja li r-rapporti li jsiru bosta drabi jkunu ta’ għajnuna fit-tbassir tat-temp, mhux l-ewwel darba li t-temp ma jkunx jirrifletti dak li jkun ġie mbassar aktar qabel.

    Fl-aħħar minuti jidher li l-Mosta kienet milquta minn riefnu qawwi li ħalla diversi Mostin bla kliem.

    Persuna qrib tagħna għaddietilna ritratti li juru uħud mill-ħsarat kkawżati minn dan ir-riħ qawwi deskritt bħala xokkanti minn uħud mir-residenti fil-Mosta.

    Skont informazzjoni li għandu dan is-sit jidher li s-supermarket tal-Lidl ra parti mis-saqaf tiegħu tinqala u tiġi għal fuq il-vetturi li kien hemm fil-parkeġġ, persuni spiċċaw bi twieqi ta’ djarhom jistabtu u filwaqt li l-ilmijiet komplew jakkumulaw lejn il-pont, xi siġar fiż-żona tqaċċtu kawża tal-irjieħ qawwija.

    S'issa jidher li ħadd ma weġġa' minkejja li diversi vetturi sfaw mirdumin taħt ġebel li ċeda minn ċnut fiż-żona.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0