"Isir ibbuljar minn pajjiżi kbar fl-Unjoni Ewropea… ma npaxxuhomx"

  • Nov 13, 2017 20:54
  • Miktub minn iNews

    Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna meta tkellem fid-diskussjoni dwar l-abboż ta’ liġi li jemenda diversi liġijiet dwar is-servizzi finanzjarji, qal li dak li għaddej minn fuq pajjiżna fuq is-servizzi finanzjarji mhu xejn għajr ibbuljar minn pajjiżi kbar. Qal li hu għandu esperjenza fil-Parlament Ewropew u sostna li l-ibbuljar minn pajjiżi kbar fuq dawk żgħar isir kontinwament”.

    Enfasizza li “tara l-inġustizzja ta’ dan kuljum. Daqqa fuq il-jottijiet, fuq il-futbol u ħafna oqsma oħra. Għadni kif  irċevejt ittra  mill-Unjoni Ewropea fuq kif niċċarġjaw il-VAT fuq is-super jotts.  Għednielhom li l-pożizzjoni hi kif weġibna snin ilu. Mhux aħna biss nagħmlu heko, imma hemm il-Greċja, Ċipru u l-Isle of Man. Imma il-malizzja hi li din  l-ittra li intbagħtet lili u li intbagħtet lil xi erba’ ministri oħra barranin, dik li intbagħtet lili ġiet mgħoddija lil ġurnal Franċiż. Irridu nifhmu li jekk se ninfirdu bejniethom dawn se jattakkaw u dawn se jattakkaw il-kompetittività ta’ pajjizna. Iva is-suċċess ekonomiku tagħna qed jagħti fastidju lil ċertu pajjiżi. Ma npaxxuhomx”.

    Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri fl-introduzzjoni tiegħu għal din il-liġi semma’ l-importanza li għandu is-settur finanzjarju f’pajjiżna. Hu saħaq li hemm bżonn li fuq dan is-settur pajjiżna ikollu konsensus.

    Fl-għeluq tad-dibattitu hu qal li “l-kriitka li Malta hi stat tal-mafja lili weġgħetni. Ċertu esponenti Nazzjonalisti mhux talli rribattew dan imma komplew irewwħu.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0