Ġuvnott ħati li ġibed flus b''card' ta' ħaddieħor

  • Nov 14, 2017 08:40
  • Miktub minn iNews

    Żagħżugħ ta' 19-il sena minn San Pawl il-Baħar kien ikkundannat xahar ħabs sospiżi għal sena wara li nstab ħati li ġibed flus minn ATM bi 'credit card' li mhux tiegħu.

    Iż-żagħżugħ kellu 16-il sena meta flimkien ma' ħabib tiegħu tal-istess età ġie akkużat b'dan ir-reat u għalhekk isimhom ma jistax jixxandar peress li kienu minorenni.

    Mill-provi rriżulta li l-ħabib ta' dan iż-żagħżugħ ġiet f'idejh il-'credit card' ta' ċertu Nicholas Dimech u flimkien ma' sieħbu marru fl-ATM tal-fergħa tal-BOV fil-Mellieħa u ġibdu €40.

    It-tnejn li huma nqabdu mill-Pulizija wara li ntlemħu fuq il-cameras tal-fergħa jiġbdu l-flus fejn wara li ġew interrogati tressqu quddiem il-Maġistrat Anthony Vella u ġew akkużati mill-Ispettur Maurice Curmi li serqu l-'card' u li wżawha b'detriment għal Dimech.

    Waqt li sieħeb l-akkużat ammetta mill-ewwel li kien jaf li l-'credit card' kienet ta' ħaddieħor, il-ħabib tiegħu wieġeb li mhux ħati għas sostna li ma kienx jaf.

    Il-Maġistrat Vella irrimarka li fuq naħa kien hemm l-akkużat li ċaħad li kien jaf li l-'credit card' ma kinietx ta' sieħbu u fuq naħa oħra kien hemm il-verżjoni tal-ħabib tiegħu li ammetta li kien jaf li l-'card' ma kinietx tiegħu u sostna li l-akkużat ukoll kien jaf b'dan.

    Kien għalhekk li waqt li sabu ħati ikkundannah xahar ħabs li jidħlu fis-seħħ biss jekk iż-żagħżugħ jikkommetti reat ieħor fi żmien sena.

     

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0