Il-Pulizija għadha tiġbor it-tagħrif fil-każ tal-qtil ta' Daphne

  • Nov 14, 2017 09:22
  • Miktub minn iNews

    Erba' ġimgħat wara l-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, il-Pulizija għadha qed tiġbor l-informazzjoni bit-tama li tipprova ssib żblokk fil-każ.

    Hija qed tiġi mgħejjuna mill-Europol u mill-FBI f'każ li qed jiġi meqjus bħala wieħed kumpless.

    Il-Pulizija qed tifli r-rapporti li kitbet l-artikolista biex tipprova tieħu ħjiel min seta kien dak li ried jeliminaha.

    Caruana Galizia nqatlet fis-16 ta' Ottubru li għadda, viċin id-dar tagħha fil-Bidnija, permezz ta' bomba mwaħħla mal-vettura tagħha.

    Il-qtil tagħha ixxokja 'l pajjiż u minbarra li kien diskuss fil-Parlament wassal għal sensiela ta' protesti minn dik li qed issejjaħ lilha nnifisha bħala “soċjeta ċivili” fejn matulhom intalbet ir-riżenja tal-Kummissarju tal-Pulizija u l-Avukat Ġenerali.

    Minbarra l-investigazzjoni tal-Pulizija għaddejja wkoll inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Anthony Vella li wkoll qed tiġbor kull tagħrif b'rabta ma' dan id-delitt.

    Il-funeral ta' Caruana Galizia sar fit-3 ta' Novembru li għadda f'jum imsejjaħ mill-Gvern bħala luttu nazzjonali.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0