100,000 ħajja jistgħu jkunu salvati b’direttiva proposta waqt il-Presidenza Maltija

  • Nov 14, 2017 15:35
  • Miktub minn iNews

    Matul il-Presidenza tal-Kunsill tal-UE Malta laħqet ftehim proviżorju mal-Parlament Ewropew dwar direttiva ġdida: li tillimita l-karċinoġeni u l-mutaġeni li jkunu esposti għalihom il-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol. Il-Ministru Helena Dalli rreferiet għal dan il-ftehim li jista’ jsalva mal-100,000 ħajja matul il-ħamsin sena li ġejjin, waqt konferenza organizzata mill-OHSA dwar dawn il-kimiċi.

    Hu stmat li 20 miljun ħaddiem fl-Ewropa huma esposti għal 25 aġent kimiku bl-ikbar potenzjal li jistgħu jikkaġunaw il-kanċer, li l-iktar esposti għalihom huma l-ħaddiema fl-industriji tat-tessuti, tal-azzar u tal-injam. Studji oħrajn juru li 53% tal-imwiet relatati mal-impjieg fl-2011 kienu kaġun ta’ kanċer ikkaġunat mix-xogħol.

    “Hu għalhekk li l-kanċer relatat max-xogħol hu problema li hemm bżonn li tiġi indirizzata fil-pajjiżi kollha”, qalet Dr Dalli.

    Il-Ministru fakkret li l-ispejjeż diretti tal-kanċer relatat max-xogħol f’termini ta’ kura tas-saħħa u tat-telf fil-produttività jammontaw għal bejn €4 u €7 biljun fis-sena. Min-naħa l-oħra l-ispejjeż indiretti jistgħu jilħqu sa madwar €334 biljun kull sena.

    Il-Ministru rrimarkat li minkejja li hawn numru ta’ inizjattivi ta’ kontroll f’dan il-qasam li jistgħu jagħmlu differenza, il-prevenzjoni tal-kanċer fuq il-post tax-xogħol għadha sal-lum tingħata inqas importanza minn prevenzjoni ta’ inċidenti oħrajn bħal pereżempju l-waqgħat mill-għoli, avolja r-rata ta’ mwiet mill-kanċer hi ferm ogħla minn dik ta’ fatalitajiet fuq il-post tax-xogħol.

    “Għalhekk hu fundamentali li min iħaddem jidentifika u jagħmel evalwazzjoni xierqa u komprensiva tar-riskju sabiex tiġi mħarsa s-saħħa tal-ħaddiema”.

    Dr Dalli qalet li l-Gvern hu kommess li jippromwovi iktar integrazzjoni, monitoraġġ xieraq u li dan is-suġġett jingħata importanza meħtieġa biex verament ikun hawn postijiet tax-xogħol b’livelli baxxi ta’ esponiment għall-karċinoġeni u għall-mutaġeni kif ukoll tibdil għall-aħjar fil-kwalità tal-ħajja ta’ ħaddiema morda bil-kanċer.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0