L-Għaqda Ġurnalisti Sportivi tilqa' b'sodisfazzjoni l-ordni ta' protezzjoni fil-konfront tal-ġurnalist sportiv Antvin Monseigneur

  • Nov 14, 2017 18:43
  • Miktub minn iNews

    L-Għaqda Ġurnalisti Sportivi laqgħet b'sodisfazzjoni id-digriet tal-Qorti maħruġ mill-Maġistrat Joseph Mifsud fejn ta ordni ta' protezzjoni fil-konfront tal-ġurnalist sportiv Antvin Monseigneur. Il-każ jirrelata aggressjoni li saret minn Francis Melito Muscat magħruf bħala Frankie Muscat fil-konfront ta' dan il-ġurnalist fit-23 ta' Settembru 2017 wara li kienet għada kemm intemmet attività tal-Għaqda Ġurnalisti Sports fil-Luxol Grounds f'Pembroke.

    L-aggressjoni saret wara li l-ġurnalist ftit jiem qabel kien irraporta li s-Sur Muscat kien qed jattendi l-logħbiet tal-Waterpolo tal-ASA waqt li kien qed jiskonta sentenza ta' dixxiplina mill-ASA li kienet tipprojbixxi lilu milli jidħol fil-Pixxina Nazzjonali għal perjodu speċifiku. L-Għaqda Ġurnalisti Sports tilqa' b'sodisfazzjon aktar li f'dan il-digriet is-Sur Muscat qed ikun projbit milli jidħol fl-impjanti sportivi kollha f'Malta u f'Għawdex fost kundizzjonijiet oħra.

    “Dan hu sinjal b'saħħtu mill-Qrati Maltin li qed iwasslu messaġġ ċar favur il-protezzjoni tal-ġurnalisti li huma wieħed mill-pilastri ewlenin tad-demokrazija f'pajjiżna,” temmet tgħid l-istqarrija tal-Għaqda Ġurnalisti Sportivi.

    Il-kawża mistennija tkompli fit-3 ta' Jannar 2018.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0