L-Awstraljani favur iż-żwieġ bejn koppji tal-istess sess

  • Nov 15, 2017 08:00
  • Miktub minn iNews

    L-Awstraljani ivvutaw favur il-legalizzazzjoni taż-żwieġ bejn koppji tal-istess sess wara li statistika maħruġa turi li kienu 61.6% dawk li vvutaw favur din id-deċiżjoni.

    Aktar minn 12.7 miljun persuna, b’total ta’ madwar 79.5% ta’ votanti eliġibbli, ħadu sehem f’din l-istatistika li nħadmet fuq stħarriġ li ħa ġimgħat sħaħ.

    Il-Prim Ministru Malcolm Turnbull qal li wara riżultat konvinċenti bħal dan juri biċ-ċar li l-gvern għandu jaħdem qatigħ sabiex jibdel il-liġi fil-parlament sa qabel il-Milied.

    “L-Awstraljani tkellmu u saħqu li huma favur dan iż-żwieġ u fil-vot tagħhom huma għażlu li ssir ġustizzja, ikun hemm impenn u mħabba. Issa jmiss li aħna komplu fuq din id-deċiżjoni.”

    Minkejja li Turnbull huwa favur iż-żwieġ bejn koppji tal-istess sess, jidher li għaddej b’dibattitu mal-gvern tiegħu dwar din l-istess liġi.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0