FILMAT: Xenarju preokkupanti fil-Hawaii … Jiżvolġu t-testijiet tas-sireni nukleari

  • Diċ 02, 2017 08:30
  • Miktub minn iNews

    Matul il-jum tal-bieraħ fuq il-gżira ta’ Hawaii ġew ittestjati s-sireni li jwissu lir-residenti minn attakk nukleari mill-Korea ta’ Fuq. Dan wara li t-tensjoni bejn l-Istati Uniti u r-reġim imeexxi minn Kim Jong-un kompliet tintensifika.

    Il-grupp ta’ gżejjer tal-Hawaii kien l-ewwel stat Amerikan li reġa’ uża s-sistema ta’ twissija mindu l-aħħar li ntużaw fi żmien il-Gwerra l-Bierda. Is-sistema kienet ittestjata għal tul ta’ minuta. Il-proċedura se tibqa’ tkun ittestjata kull xahar.

    Jidher li uffiċjali se jkunu qed jinqdew b’dawn it-testijiet biex jindividwaw liema sireni mhumiex qed jiffunzjonaw kif mistenni, hekk kif jidher li kien hemm ilmenti li s-sireni ftit li xejn instemgħu f’wieħed mill-aktar postijiet popolari fil-Hawaii, il-Bajja ta’ Waikiku f’Honolulu.

    It-test kien ilu ppjanat xhur ilu, madankollu ttieħdet id-deċiżjoni li jiżvolġi lbieraħ hekk kif Pyongyang sparat dik li hija meqjusa bħala l-aktar missila ballistika interkontinetali b’saħħitha li r-reġim għandu għad-dispożizzjoni tiegħu.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0