RITRATTI: Titwieled l-ewwel tarbija fl-Istati Uniti frott trapjant ta' utru

  • Diċ 02, 2017 16:27
  • Miktub minn iNews

    F’dak li qed jitqies bħala pass kbir fil-qasam tal-mediċina fl-Istati Uniti, fl-istat Amerikan ta’ Texas twieldet l-ewwel tarbija Amerikana riżultat ta’ trapjant tal-utru. Dan wara li mara li twieldet bla utru welddet tarbija fiċ-Ċentru Mediku tal-Università ta’ Baylor fil-belt ta’ Dallas, sena biss wara li rċeviet trapjant ta’ utru minn infermiera ta’ 36 sena omm ta’ żewġt itfal.

    Kelliemi għall-isptar ikkonferma li t-tarbija twieldet ilbieraħ, madankollu ma ngħataw l-ebda dettalji oħrajn.

    Dan l-iżvilupp sar wara li sptarijiet varji fallew fit-tentattivi tagħhom biex jipperfezzjonaw trapjanti tal-utru, li s’issa rnexxa biss fl-Iżvezja.

    F’Ottubru tas-sena li għaddiet, l-Università ta’ Baylor kienet ħabbret li kienet wettqet erba’ trapjanti ta’ utru permezz ta’ donaturi ħajjin, li huwa l-istess approċċ bħal dak tat-tim mediku Żvediż. Minkejja li tlieta mill-interventi fallew kaġun ta’ fluss baxx ta’ demm, wieħed kien rapportat li kien suċċess.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0