Aktar minn 733,000 tifel u tifla fil-Filippini jingħataw vaċċin kontra d-dengue li tagħmel il-marda agħar!

  • Diċ 03, 2017 08:25
  • Miktub minn iNews

    Il-Filippini qed tiffaċċja xenarju ta’ emerġenza wara li nħarġu twissijiet li vaċċin li ngħata biex jilqa’ kontra d-deni dengue jaf jagħmel is-sintomu tal-istess deni qattiel aktar severi.

    Il-kumpanija tal-farmaċewtika Franċiża Sanofi Pasteur nhar l-Erbgħa li għadda ammettiet li informazzjoni li għandha turi li l-vaċċin Dengvaxia taf tagħmel il-marda agħar għal dawk in-nies li qatt ma ġew infettati b’dan il-virus. Il-gvern tal-Filippini ssospenda programm ta’ immunizzazzjoni fl-iskejjel. Madankollu s’issa aktar minn 733,000 tifel u tifla ħadu l-vaċċin.

    Min-naħa l-oħra Sanofi Pasteur qalet li l-vaċċin Dengvaxia jipprovdi benefiċċju ta’ protezzjoni lil dawk li diġà kienu ġew infettati bil-marda tad-dengue.

    Eric Tayag, kelliemi għad-Dipartiment tas-Saħħa tal-Filippini, qal li l-pajjiż qed jipprepara biex jilqa’ kontra din ix-xenarju mill-aktar preokkupanti li jaf iħalli numru kbir ta’ mwiet.

    Huwa kompla jispjega li l-vaċċin ingħata biss lil dawk it-tfal ta’ disa’ snin jew aktar, bil-programm ta’ immunizzazzjoni jitħaddem biss f’dawk iż-żoni fejn il-marda qattiela tad-dengue diġà għandha preżenza għolja.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0