Terremot ieħor viċin sit nukleari fil-Korea ta' Fuq

  • Diċ 03, 2017 09:20
  • Miktub minn iNews

    Terremot ta’ qawwa 2.5 fuq l-Iskala Richter kien osservat li seħħ fil-Korea ta’ Fuq fiż-żona fejn huwa magħruf li l-pajjiż riċċentament wettaq test nukleari. Dan kien imħabbar mill-aġenzija għat-tbassir tat-temp tal-Korea t’Isfel (KMA).

    It-terremot seħħ għall-ħabta tat-7.45 a.m. tal-bieraħ madwar 2.7 kilometri ’l bogħod mis-sit nukleari ta’ Punggye-ri. Nhar it-3 ta’ Settembru li għadda, ir-reġim immexxi minn kim Jong-un wettaq is-sitt test nukleari, liema test kien meqjus bħala l-aktar wieħed b’saħħtu mit-testijiet nukleari kollha mwettqin mill-Korea ta’ Fuq. Dan l-aħħar test huwa maħsub li għamel ħsarat strutturali liż-żona muntanjuża, b’erba’ terremoti jkunu osservati minn dak iż-żmien ’l hawn.

    Il-KMA saħqet li t-terremot li kien osservat ilbieraħ kien wieħed naturali, madankollu huwa maħsub li huwa konness direttament mat-test nukleari li kien żvolġa fit-3 ta’ Settembru.

    L-isplużjoni atomika fit-test ta’ tliet xhur ilu kienet ħolqot terremot artifiċjali li kien ilaħħaq il-qawwa ta’ 6.3 fuq l-Iskala Richter. Kien ikkalkulat li dan l-aħħar test kien għaxar darbiet aktar b’saħħtu mit-test li kien twettaq mill-Korea ta’ Fuq is-sena li għaddiet, liema splużjoni kienet ta’ 10 kiloton.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0