Ekwipaġġ abbord ajruplan jirrapportaw li raw il-missila sparata mill-Korea ta' Fuq waqt li kienet dieħla mill-ġdid fl-atmosfera dinjija

  • Diċ 04, 2017 08:06
  • Miktub minn iNews

    Ekwipaġġ abbord titjira tal-linja tal-ajru Cathay Pacific li kienet għaddejja minn fuq il-Ġappun irrapporta li ra dik li possibbilment kienet il-missila ballistika interkontinentali li ntużat mill-Korea ta’ Fuq fit-test tal-ġiimgħa li għaddiet.

    Il-linja tal-ajru kkonfermat mal-aġenzija tal-aħbarijiet BBC li l-ekwipaġġ possibbilment ra lill-missila dieħla mill-ġdid fl-atmosfera tad-dinja wara li laħqet altitudni ta’ 2,780 mil. Madankollu l-linja tal-ajru saħqet li ma kinitx se tkun qed tagħmel tibdiliet fir-rotot tat-titjiriet tagħha.

    Fid-29 ta’ Novembru li għadda, il-Korea ta’ Fuq ittestjat missila ballistika interkontinentali li qalet li tista’ tilħaq iż-żoni kollha tal-Istati Uniti.

    Ir-reġim immexxi minn Kim Jong-un iddeskriva din il-missila bħala l-aktar missila b’saħħitha li qatt kellha l-Korea ta’ Fuq, bil-missila tilħaq altitudni ferm ogħla minn dak qatt reġistrat f’testijiet preċedenti.

    Qed ikun rapportat li kien hemm ukoll żewġ rapporti oħrajn separati minn ajruplani tal-Korea t’Isfel li qed jisħqu li raw il-missila tiġi sprata fl-atmosfera.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0