Bdoti Ġermaniżi jħassru mal-222 titjira għax ma ridux li jkollhom x'jaqsmu mad-deportazzjonijiet ta' immigranti lejn l-Afghanistan

  • Diċ 04, 2017 13:36
  • Miktub minn iNews

    Ħafna mill-bdoti Ġermaniżi qed jirrifjutaw li jieħdu sehem f’titjiriet ta’ deportazzjoni. Dan kien ippubblikat fil-midja Ġermaniża kmieni dalgħodu.

    Din l-informazzjoni saret disponibbli għall-pubbliku wara pressjoni fuq il-Gvern Ġermaniż. L-informazzjoni pprovduta kienet tgħid li kien hemm 222 titjira li twaqqfu mill-bdoti għax ma ridux li jipparteċipaw f’dawn id-deportazzjonijiet kontroversjali li qegħdin isiru lejn l-Afghanistan. Dan minkejja li partijiet mill-pajjiż qed jitqiesu bħala li huma siguri, anke jekk il-vjolenza għadha l-ordni tal-ġurnata.

    Il-linja tal-ajru Lufthansa irrifjutat li tagħmel mal-85 titjira bejn Jannar u Settembru ta’ din is-sena. Il-biċċa l-kbira tat-titjiriet imħassrin kienu skedati mill-Ajruport ta’ Frankfurt, l-akbar ajruport Ġermaniż. Minn dan l-ajruport tħassru mal-140 titjira.

    Minkejja li kienet reġistrata żieda sinjifikanti fid-deportazzjonijiet, il-Ġermanja għadha d-destinazzjoni favorita mar-refuġjati u l-immigranti li jiksbu aċċess għall-Unjoni Ewropea. Tant li matul din is-sena il-Ġermanja waħedha pproċessat aktar applikazzjonijiet tal-ażil mis-27 stat membru l-ieħor f’daqqa tal-Unjoni Ewropea.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0