Mhux ħati li uża informazzjoni sensittiva ta’ martu waqt proċeduri ta’ annullament

  • Diċ 04, 2017 17:37
  • Miktub minn iNews

    Impjegat fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex ma nstabx ħati li uża informazzjoni sensittiva personali ta’ martu relatata mas-saħħa mentali tagħha meta eżebihom quddiem it-Tribunal Ekkeżjastiku ta’ Djoċesi ta’ Għawdex fi proċeduri ta’ annullament.

    Mill-provi jirriżulta li l-imputat, li ismu mhux jixxandar fuq ordni tal-Qorti, u l-parte civile kienu miżżewġin. F’xi żmien inbdew mill-imputat proċeduri quddiem it-Tribunal Ekkeżjastiku ta’ Djoċesi ta’ Għawdex u dan biex iż-żwieġ ta’ bejniethom ikun dikjarat null.

    F’waħda mis-seduti li saret fl-2015, l-imputat deher quddiem Fr Edward Xuereb fejn ippreżenta dokumenti senstattivi relatati mas-saħħa mentali ta’ martu. Min-naħa tiegħu, Fr Xuereb għamel dikjarazzjoni fejn talab lill-imputat jgħid minn fejn ġew dawn id-dokumenti u l-imputat kien għażel li ma jweġibx għall-mistoqsija. Pero’ kien iffirma d-dikjarazzjoni magħmula quddiemu.

    Tressqet talba mill-mara quddiem il-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data biex isiru l-investigazzjonijiet. Irriżulta li kienet inħareġ data sensittiva personali tagħha mill-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex relatati mas-saħħa mentali tagħha.

    Fis-sentenza tagħha, il-Qorti tal-Maġistati qalet li l-parte civile ġarrbet ksur tal-privatezza tagħha meta partijiet mill-fajl mediku meta hija kienet qegħda rikoverata fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex fis-sezzjoni mentali ġew esebiti fil-proċess quddiem it-Tribunal Ekkleżjastiku.

    Qalet li l-mod kif waslu dawn id-dokumenti għand l-imputat huwa moralment inaċċettabbli. “L-imputat inqeda bil-pożizzjoni li kellu bħala impjegat tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex biex bi ħbiberiji jew b’mod ieħor kiseb kopji tad-dokumenti in kwistjoni. Id-data sensittiva personali tal-parte civile nġabet b’mod illegali u mingħajr awtorizzazzjoni.”

    Minkejja l-fatt li l-liġi kienet ġiet miksura b’mod ċar, il-Qorti ma setgħetx tistabbilixxi b’ċertezza min kien li kisirha. Rappreżentant tal-Kummissarju dwar il-Protezzjoni tad-Data kien iddikjara li d-Dipartiment tiegħu kien ikkonkluda li l-Isptar kien kiser l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data, iżda ma setgħux jieħdu azzjoni kriminali huma u għaldaqstant kellhom jinvolvu lill-Pulizija. Lanqas ma setgħu jindikaw l-individwu kien seraq id-data jew żvela l-informazzjoni.

    “Fil-fehma tal-Qorti, il-Prosekuzzjoni u l-parte civile qed jakkużaw lill-individwu b’reat li jista’ jiġi mwettaq biss minn kontrollur tad-data meta l-istess individwu mhuwiex kontrollur tad-data.”

    Il-Qorti saħqet li ma tistax tasal għal konklużjoni lil hinn minn kull dubju dettat mir-raġuni li fil-fatt li l-imputat kien ħati tal-akkuża miġjuba kontrih u għaldaqstant illiberatu minnha.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0