It-tieni edizzjoni tal-Gozo International Choir Festival f’disa' knejjes differenti madwar Għawdex

  • Diċ 04, 2017 17:47
  • Miktub minn iNews

    It-tieni edizzjoni tal-Gozo International Choir Festival se ssir nhar il-Ġimgħa, is-Sibt u l-Ħadd, 8, 9 u 10 ta’ Diċembru, 2017 u ha  jkun mifrux f’disa' parroċċi differenti madwar Għawdex.

    Huwa fatt magħruf li l-kultura tal-korijiet f’Għawdex għadha b’saħħitha ħafna. Kważi kull parroċċa Għawdxija għandha l-kor residenti tagħha, apparti diversi korijiet oħra li mhuma elenkati mal-ebda parroċċa partikolari.  Apparti hekk, il-korijiet Għawdxin huma korijiet ferm professjonali u għandhom reputazzjoni tajba ħafna mhux biss f’pajjiżna, imma anke lil hinn minn xtutna, peress li kienu diversi d-drabi li dawn il-korijiet ħadu sehem f’festivals internazzjonali.

    Mill-ġdid konxji ta’ dan kollu, Euro Art Productions ( Italja) u Leon Promotions ( Malta) ingħaqdu biex wara s-suċċess tremend tal-ewwel edizzjoni, iniedu t-tieni edizzjoni tal- Festival Internazzjonali tal-Korijiet ta’ Għawdex.  Iż-żewġ kumpaniji msemmija għandhom esperjenza vasta fl-organizzazjoni ta’ festivals internazzjonali kemm f’pajjiżna kif ukoll f’diversi bliet prinċipali Ewropej. Il-Festival qed isir b’kollaborazzjoni sħiħa mall-Ministeru ta’ Għawdex u l-Christmas in Gozo Committee.

    Il-korijiet kollha se joffru lill-pubbliku l-aħjar siltiet mir-ripertorju tagħhom u ovvjament ma jistax jonqos li kull kor se jinkludi wkoll siltiet tal-Milied. Il-Festival mhux wieħed kompetittiv, imma l-intenzjoni prinċipali tiegħu hija li jressaq aktar flimkien diversi korijiet b’kulturi differenti minn madwar l-Ewropa u flimkien jesploraw aktar kif jistgħu jkomplu jevolvu din il-kultura tant popolari.

    Il-Festival jibda l-Ġimgħa 8 ta’ Dicembru f’żewġ knejjes differenti, is-Santwarju tal-Madonna ta’ Loretu f’Għajnsielem u r-Rotunda ta’ San Ġwann il-Battista fix-Xewkija. Iż-żewġ serati jibdew fis-7.00 p.m u f’kull serata se jieħdu sehem erba' korijiet differenti li ġejjin minn diversi pajjiżi.

    L-għada s-Sibt 9 ta’ Diċembru, il-Festival se jkompli f’żewġ knejjes oħra, il-Knisja Arċipretali ta’ San Ġużepp fil-Qala u l-Bażilika ta’ San Ġorġ fil-Belt Victoria. Is-serata fil-Knisja tal-Qala se tibda fis-7.00 p.m u fiha se jieħdu sehem erba' korijiet, filwaqt li dik tal-Bażilika ta’ San Ġorġ ser tibda fit-8.00 p.m u fiha se jieħdu sehem tliet korijiet.

    Il-Ħadd 10 ta’ Diċembru filgħodu, uħud mill-korijiet barranin se jieħdu sehem fil-quddiesa tal-Ħadd f’dawn il-knejjes:
    10.00 a.m – Il-Bażilika tal-Viżitazzjoni fl-Għarb
    10.30 a.m – Il-Bażilika ta’ San Pietru u San Pawl fin-Nadur
    11.00 a.m – Il-Bażilika ta’ Maria Bambina fix-Xagħra
    11.15 a.m – Is-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta’ Pinu

    Is-Serata finali tal-Gozo International Choir Festival 2017 se ssir il-Ħadd 10 ta’ Diċembru  fil-Knisja Katidrali u tibda wkoll fis-7.00 p.m.   F’din is-serata jieħdu sehwm sitt korijiet u fi tmiem is-serata il-Ministru għal Għawdex, Justyne Caruana tqassam iċ-ċertifikati tal-parteċipazzjoni lill-korijiet parteċipanti.

    Il-korijiet li se jieħdu sehem f’dan il-festival internazzjonali huma:
    Aurora Youth Choir – Għawdex
    Cap Sur La Vie Choir - Franza
    Il-Kor Regina Angelorium – Għawdex
    Coro Dei Mater Alma - Italja
    Il-Kor Hebron - Għawdex
    Il-Family Singers Vocal Ensemble - Ungerija
    Il-Kor Laudate Pueri  - Għawdex 
    Parque Pas Choir - Franza
    Il-Kor Voci Angeliche  - Għawdex
    Coro Chianciano - Italja 
    Piccole Stelle Choir - Għawdex

    L-entratura għal kull serata hija bla ħlas. Għal aktar informazzjoni, tistgħu tagħmlu kuntatt ma’ Leon Promotions fuq 79408607 jew permezz tal- imejl fuq info@leonpromotions.net

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0