Il-familja Caruana Galizia tirreaġixxi … Tistaqsi jekk il-Pulizija hijiex qed tgħaddi informazzjoni lil persuni suspettati oħrajn b'rabta ma' dan ir-reat

  • Diċ 04, 2017 18:34
  • Miktub minn iNews

    Filwaqt li saħqet li huwa ta’ tħassib pubbliku l-mod kif kienet imħabbra l-iżvilupp b’rabta mal-arresti li saru matul il-ġurnata tal-lum għall-qtil brutali ta’ Daphne Caruana Galizia, il-familja Caruana Galizia saħqet li l-Pulizija aktar dehret interessata li tinforma lill-Prim Ministru bl-iżviluppi fl-investigazzjoni milli jinformaw lill-familja diretta ta’ Caruana Galizia.

    Fi stqarrija li nħarġet għall-midja, il-familja Caruana Galizia saħqet li l-Prim Ministru qed jara l-investigazzjoni għal skopijiet ta’ eżerċizzju ta’ marketing għall-Gvern, u mhux bħala każ ta’ persuni li tqabbdu biex joqtlu lil Daphne. Dan wassal biex il-qraba ta’ Daphne jibqgħu perplessi kif verament tista’ ssir ġustizzja.

    Il-familja kkundannat il-mod kif kienu mħabbrin l-arresti, hekk kif saru jafu bl-iżvolġiment fl-investigazzjoni mill-konferenza tal-aħbarijiet li għamel il-Prim Ministru kmieni dalgħodu f’Kastilja. Il-familja Caruana Galizia lanqas ma qablet li għandhom jinżammu informati bl-iżviluppu tramite l-Maġistrat inkwerenti, meta huma tal-fehma li dan mhux xogħlu iżda xogħol il-Pulizija.

    L-istqarrija kkritikat mill-ġdid il-mod kif il-Prim Ministru ħabbar l-arrest ta’ żewġ persuni oħrajn, mat-tmienja li ħabbar fil-konferenza tal-aħbarijiet, permezz ta’ Twitter. Il-familja Caruana Galizia qalet li tali informazzjoni kellha tkun żvelata mill-Pulizija b’mod formali, u mhux mill-Prim Ministru permezz ta’ tweet fuq il-profil tiegħu.

    L-istqarrija kompliet tgħid li huma ma kienu provduti bl-ebda persuna ta’ kuntatt mal-Korp tal-Pulizija, u saħqu li minkejja li kitbu ittra lill-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar dwar dan in-nuqqas ta’ komunikazzjonijiet bejn il-partijiet involuti, huwa naqas li jikteb lura.

    Il-familja Caruana Galizia saħqet li huwa preokkupanti wkoll li ftit ħin biss wara li saru l-arresti, kienet ippubblikata informazzjoni b’rabta mal-persuni arrestati, fosthom profili tagħhom, ismijiet u indirizzi. Huma staqsew jekk f’każ li l-Pulizija qed tagħti informazzjoni ta’ din ix-xorta, jistax ikun li tali informazzjonijet hijiex qed tingħadda wkoll lil persuni suspettati oħrajn li wħud minnhom jistgħu jkunu viċini tal-Gvern.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0