Ix-xalpa tgħin f’każijiet ta’ ażma

  • Diċ 05, 2017 09:07
  • Miktub minn iNews

    Persuni li jbatu bl-ażma qegħdin jiġu inkoraġġiti li jgħattu l-ħalq u l-imnifsejn permezz ta’ xalpa biex jevitaw attakki tagħha matul din ix-xitwa. 

    Meta wieħed li jbati bl-ażma jieħu n-nifs u jdaħħal arja kiesħa u umda l-pulmun, dan jista’ jqanqal at- takk tal-ażma tlieta minn kull erba’ persuni skont ma ħabbret għaqda karirattiva r-Renju Unit li tħares persuni b’din il-kundizzjoni. Dan jista’ jwassal biex il-per- suna tibda tisgħol, tħarħar u 

    tbati biex tieħu nifs. Il-kampanja ta’ din l-għaqda “Scare” qiegħda tipp- romwovi li “xalpa tista’ ssal- va ħajja” iżda mhix alternattiva għall-mediċini. Erba’ miljun persuna bl-ażma fir- Renju Unit jgħidu li meta jieħdu n-nifs l-arja kiesħa tax-xitwa s-sintomi tagħhom imorru għall-agħar. Ethan Jennings, li għandu kważi erba’ snin u minn Lancashire, ilu jkollu attakki tal-ażma sa minn meta kien għadu tarbija u f ’sena waħda biss iddaħħal 17-il darba l-isptar għall-kura. Missieru, Trevor, jgħid li x-xitwa minn dejjem kienet tkiddu u meta kellu sena, kien se jmut. 

    Il-kap tal-klinika f’Asthma UK u li hu tabib tal-familja, qal li wieħed joħroġ barra f’jum xitwi jkun ta’ periklu għal ħajtu jekk ikun ibati bl- ażma. Huwa qal li huwa impossibbli li wieħed jevita l- kesħa x-xitwa iżda jekk persuni bl-ażma jdawru xalpa ma wiċċhom, dawn jistgħu jsaħħnu l-arja qabel ma jieħdu n-nifs u b’hekk inaqqsu r-riskju ta’ xi a akk tal- ażma. Huwa appella li kulħadd, kemm dawk bl- ażma kif ukoll dawk le, biex jieħdu l-messaġġ tagħhom li oġġe sempliċi bħal xalpa tista’ ssalva l-ħajja. Fir-Renju Unit, 5.4 miljun persuna jbatu bl-ażma u it aktar minn miljun minnhom huma tfal. Is-sena l-oħra, 1,410 persuna mietu bl-ażma li minnhom 14 kienu tfal. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0