Mosti mixli li hedded lil omm ibnu

  • Diċ 05, 2017 14:36
  • Miktub minn iNews
"

    Żagħżugħ ta' 23 sena mill-Mosta baqa' miżmum taħt arrest wara li kien mixli li hedded lil omm it-tifel tiegħu u taha fastidju.

    Josef Xerri tressaq quddiem il-Maġistrat Neville Camilleri b'rabta mal-inċident li seħħ fl-20 ta' Novembru li għadda f'Birkirkara.

    Huwa kien mixli wkoll li kisser tieqa ta' karozza tal-Pulizija, li hedded pulizija, li saq karozza bi traskuraġni u li kiser il-paċi pubblika b'għajjat u ġlied.

    Xerri ġie akkużat ukoll li kiser kundizzjoni tal-Maġistrat Claire Stafrace Zammit mogħtija fit-3 ta' Mejju 2011 fejn kien inħeles mill-arrest bil-kundizzjoni li ma jagħmilx reat ieħor waqt dan il-perjodu.

    Huwa wieġeb li ma kienx ħati madankollu l-Maġistrat Camilleri ma laqalux it-talba għall-ħelsien mill-arrest.

    Il-prosekuzzjoni f'dan il-każ qed titmexxa mill-Ispetturi Elton Taliana u Nicholas Vella waqt li l-Avukat Benjamin Valenzia qed jidher għal Xerri.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0