Fis-sigħat li ġejjin jiskadu t-48 siegħa disponibbli għall-Pulizija

  • Diċ 06, 2017 09:00
  • Miktub minn iNews

    Hekk kif fis-sigħat li ġejjin se jkunu qed jiskadu t-48 siegħa li l-Pulizija kellha għad-dispożizzjoni tagħha biex iżżomm u tinterroga s-suspettati b’rabta mal-qtil brutali ta’ Daphne Caruana Galizia, wieħed jistenna li fil-ħin li ġej ikomplu jitressqu aktar persuni b’arrest il-Qorti.

    Il-proċess ta’ interrogazzjonijiet li nbeda bl-arrest tal-10 persuni b’konnessjoni mal-qtil ta’ Caruana Galizia huwa kruċjali fil-każ, bis-suspettati jkunu interrogati individwlment bil-għan li l-Pulizija tifhem b’mod aħjar l-involviment tagħhom b’rabta mal-każ.

    Sadanittant tard ilbieraħ filgħaxija tressqu tlieta mill-għaxar persuni arrestati b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, li nqatlet bl-aktar mod makabru b’bomba fil-karozza tagħha nhar is-16 ta’ Ottubru li għadda. 

    George Degiorgio “ċ-Ċiniż” ta’ 55 sena, Alfred Degiorgio “l-Fulu” ta’ 53 sena minn San Pawl il-Baħar u Vince Muscat “il-Koħħu” ta’ 55 sena mill-Imsida wieġbu mhux ħatja tal-akkużi li tressqu fil-konfront tagħhom. 

    Huma tressqu quddiem il-Maġistrat Neville Camilleri akkużati bil-qtil tal-blogger Daphne Caruana Galizia u li jiffurmaw parti minn għaqda kriminali. L-akkużati ma talbux ħelsien mill-arrest u se jibqgħu arrestati.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0