Edwin Vassallo b'ruling dwar il-leave ta’ 100 siegħa għall-IVF

  • Diċ 06, 2017 09:42
  • Miktub minn iNews
    Id-Deputat Nazzjonalista, Edwin Vassallo, talab ruling mill-Ispeaker dwar il-kwistjoni tal-100 siegħa leave biex koppji jagħmlu IVF barra minn Malta.
     
     
    Fil-ħin tal-aġġornament hu qal li “l-Oppożizzjoni kienet korretta bil-mozzjoni tagħha. Ma kkritikatx il-leave mogħti imma riedet tagħmel punt legali. Wara d-dibattitu li sar, irrid niġbed l-attenzjoni għal anomalija u ċertu diżonestà li qed jagħmel il-gvern. Fid-dibattitu jien kont staqsejt lill-gvern biex jgħid jekk jaqbilx ma’ surrogacy li hu l-kiri tal-ġuf u jekk jaqbilx ma’ donazzjonijiet ta’ gameti.”
     
    Edwin Vassallo qal li “l-Gvern m’għandux mandat għal surrogacy u lanqas għandu mandat għal donazzjoni ta’ gameti. Il-Gvern ħa deċiżjoni li jagħmel avviż legali li jagħti opportunità biex il-gvern b’dan l-avviż qed jagħti 100 siegħa leave biex persuni jmorru jagħmlu IVF barra li hawn hu illegali. Din naraha inġusta.”
     
    Saħaq li “quddiem din ir-realtà ta’ anomalija legali, nixtieq li tagħti ruling dwar jekk issa li hawn żewġ interpretazzjonijiet differenti, jekk dan hux żgwidar tal-Parlament.”

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0