Għada jinħattu ċ-ċmieni tal-powerstation tal-Marsa jekk it-temp jippermetti

  • Diċ 06, 2017 12:38
  • Miktub minn iNews

    Hekk kif iż-żarmar tal-powerstation tal-Marsa qed jasal lejn tmiemu, għada mistennijin li jinħattu l-aħħar żewġ ċmieni tal-konkos li għad baqa’ fis-sit.

    Jekk it-temp jippermetti, l-aħħar żewġ ċmieni tal-konkos li għad fadal ser jitwaqqgħu għada filgħodu. 

    It-toroq li jwasslu għas-sit tal-istazzjon ser ikunu magħluqa għal xi ħinijiet sabiex ħadd ma jersaq lejn il-post fejn se jkunu għaddejjin ix-xogħlijiet. Bħala prekawzjoni, Transport Malta qed tavża lill-baħħara sabiex iżommu ‘l bogħod minn Moll il-Pont u Moll il-Knisja, madwar ix-xat tan-naħa ta’ ġewwa tal-Port il-Kbir, qrib waħda miċ-ċmieni. 

    L-ewwel struttura li ser tiżżarma inbniet fl-1986 bħala parti minn Unit 8, l-akbar ġeneratur tal-elettriku li kien hemm fil-Marsa Power Station u li ntefa għall-aħħar darba fi Frar 2015. Il-pjattaformi u s-slielem fuq barra, u l-qoxra tal-fire bricks ta’ ġewwa din iċ-ċumnija diġa żżarmaw f’dawn l-aħħar jiem. Il-kumplament tal-istruttura tal-konkos mistennija titwaqqa’ għada l-Ħamis.

    B’għoli ta’ 81 metru ‘l fuq mill-art, din iċ-ċumnija wiesa ħames metri hija l-itwal struttura tal-Marsa Power Station. Madankollu, l-aktar struttura għolja kienet iċ-ċumnija tal-ħadid ta’ Unit 7, li minkejja li kienet twila 69 metru, kienet mibnija fuq art ogħla ftit metri ‘l bogħod. Din iċ-ċumnija żżarmat ftit tax-xhur ilu flimkien ma’ diversi partijiet oħra tal-istazzjon.

    Ċumnija oħra ta’ 42 metru li għad baqa’ fis-sit ukoll mistennija titwaqqa’ matul il-jum tal-Ħamis. Mibnija fl-1970, din iċ-ċumnija kienet tifforma parti mill-ewwel estensjoni tal-Marsa B Power Station fl-1970, li kienet tinkludi żewġ boilers tal-fwar użewġ turbini ta’ 30 megawatt-il waħda.

    Waqt ix-xogħol ta’ twaqqigħ, il-kuntratturi qed isegwu pjan metikoluż li kien meqjus u approvat mill-awtoritajiet tal-ambjent u tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Ser ikun hemm diversi miżuri ta’ prevenzjoni sabiex jiġu mħarsa l-ħaddiema involuti f’dan il-proġett, kif ukoll l-impjegati ta’ postijiet tax-xogħol fl-inħawi. 

    Enemalta plc tixtieq tirringrazzja lill-impjegati u l-kuntraturi tagħha, lill-awtoritajiet involuti, lir-residenti u n-negozji tal-inħawi u lil dawk kollha li qed jikkoperaw f’din il-ħidma sabiex tiżżarma l-Marsa Power Station.          

    Għal iktar tagħrif jew għajnuna, żur is-sit ta’ Enemalta plc www.enemalta.com.mt jew ikkuntattja lill-Kumpanija permezz ta’ Facebook fil-paġna www.fb.me/eneplc.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0