Skema b'€100,000 biex tħeġġeġ lin-nies jeħilsu mill-vetturi antiki u jinvestu f’karozzi ġodda b’inqas emissjonijiet

  • Diċ 06, 2017 13:12
  • Miktub minn iNews

    Wara s-suċċess tal-iskema favur ix-xiri ta’ vetturi ibridi li tnediet f’Jannar li għadda, Transport Malta se tkun qed testendi din l-iskema għat-tielet darba b'allokazzjoni ta' €100,000.

    Transport Malta ħabbret li l-applikazzjonijiet għall-għotja se jkunu proċessati fuq bażi ta’ min japplika l-ewwel jinqeda l-ewwel. 

    L-inizjattiva hija maħsuba biex tħeġġeġ lin-nies jeħilsu mill-vetturi antiki u jinvestu f’karozzi ġodda b’inqas emissjonijiet. S'issa diġà bbenefikaw madwar 100 vettura minn din l-iskema wara li tqassmu €200,000. 

    Skont numru ta’ kundizzjonijiet, €2,000 se jingħataw meta wieħed jirreġistra vettura ibrida, tal-kategorija M1, b’emissjonijiet bejn il-51 u 65g/km, waqt li titneħħa r-reġistrazzjoni ta’ vettura fl-istess kategorija. 

    Wieħed jista’ jiġbor applikazzjoni għal din l-iskema mill-uffiċini ta’ Transport Malta, fl-A3 Towers, Raħal Ġdid jew billi jniżżilha minn http://www.transport.gov.mt/land-transport

    L-iskema biex tħajjar ix-xiri ta’ vetturi oħra M1, għadhom japplikaw:
    - €700 jew €900 jingħataw max-xiri ta’ vettura ġdida fil-kategorija M1
    - €3,000 meta tirreġistra vettura M1 ibrida plug-in b’emissjonijiet bejn 0 - 50g/km

    Għal iktar informazzjoni wieħed jista’ jikkuntattja lil Transport Malta billi jċempel fuq 8007 2393, jew iżur il-Unit tal-liċenzjar tal-vetturi fl-A3 Towers, Triq l-Arkata, Raħal Ġdid mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn is-7.30 a.m. u 12.00 p.m.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0