Carlo Ancelotti jikkonferma li ġie kkuntatjat mill-Azzurri

  • Diċ 06, 2017 13:22
  • Miktub minn iNews

    L-ex coach ta' Bayern Munich, Carlo Ancelotti, ikkonferma li ġie kkunttatjat mill-FA Taljana iżda għalih li jikkowċja team nazzjonali u jitlaq lill-clubs jarah bħala xogħol differenti.

    Ancelotti deher il-kandidat favorit li seta' jieħu post Giampiero Ventura, wara li l-Italja naqset li tikkwalifika għat-Tazza tad-Dinja.

    "Iva ġejt ikkunttatjat mill-FA Taljana. Għidtilhom dak li qed ngħidilkhom bħalissa li nħossni onorat li ħafna nies riduni bħala coach tat-team nazzjonali," qal Ancelotti.

    "Iżda għalija li nikkowċja team nazzjonali nikkunsidrah qisu xogħol ieħor.  Li tkun coach ta' team nazzjonali huwa differenti li tkun coach ma' club. S’issa għadni nieħu gost li nħarreġ lil players u naħdem kuljum. Il-football Taljan għandu xi problemi li hemm bżonn jiġu solvuti.  Qed nirrealizza li hemm kunflitt ta' nteress bejn il-clubs u l-FA Taljana, kif hemm fil-Ġermanja, fi Franza u fl-Ingilterra.  Bħalissa l-FA Taljana għandha bżonn Federazzjoni li timponi l-poter tagħha fuq il-clubs u timponi regoli ġodda biex issolvi din is-sitwazzjoni.  

    Bħala eżempju naħseb li s-Serie A tibbenifika kieku numru ta' clubs jonqsu minn 20 għal 18-il team u naf biċ-ċert li hemm clubs li lesti jivvuttaw għal dan."

    Meta mistoqsi jekk hux ser jirritorna jikkowċja fl-Italja lil AC Milan jew lil Juventus, Ancelotti wieġeb li ma kellu l-ebda kuntatt mad-diriġenti l-ġodda ta' AC Milan. Huwa qal ukoll li kulħadd jaf x'inhu l-passat tiegħu … li hu jirrispetta l-passat u lill-clubs li lagħab magħhom u għalhekk ma jistax jaċċetta li jikkowċja lil Juventus.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0