Il-Kap tal-PD jixhed dwar dokumenti relatati mal-Panama Papers

  • Diċ 06, 2017 16:17
  • Miktub minn iNews

    Il-Kap tal-Partit Demokratiku Dr Anthony Buttigieg ilbieraħ xehed quddiem il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras dwar it-talba tiegħu biex id-dokumenti relatati mal-Panama Papers li ġew mgħoddija lill-awtoritajiet Maltin mill-Pulizija tal-Istat Ġermaniża ikunu wkoll għand il-Maġistrat inkwerenti.

    Fi stqarrija, l-PD qal li t-talba ġiet ippreżentata minħabba li beża’ li t-talba tal-Partit Nazzjonalista għal inkjesta ġdida quddiem tliet Imħallfin tiġi aċċettata mill-Gvern.

    Il-PD qal li l-evidenza l-ġdida li għaddiet mill-Pulizija tal-Istat Ġermaniża tista’ tkun estremament rilevanti għall-investigazzjonijiet li għaddejjin relatati mal-Panama Papers u ħasil tal-flus. Qal li l-interess prinċipali tiegħu huwa li l-investigazzjonijiet dwar l-allegazzjonijiet kollha rigward il-ħasil tal-flus u kontijiet “offshore” jitlestew bl-iktar mod sħiħ possibbli u mingħajr ebda ambigwità. 

    Il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras se tkun tagħti d-deċiżjoni tagħha in camera minflok f’seduta.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0