L-AĠ iwaqqa’ l-każ kontra raġel akkużat bi traffikar ta’ 4.6 kilo kannabis

  • Diċ 06, 2017 16:35
  • Miktub minn iNews

    L-Avukat Ġenerali waqqa’ l-każ fil-konfront ta’ Carmel Debono, li huwa wieħed minn żewġt irġiel, li kienu akkużati b’assoċjazzjoni u traffikar ta’ 4.6 kilogrammi kannabis, f’każ li seħħ f’Mejju tal-2010 fl-Imsida. 

    Fid-dikjarazzjoni tiegħu, l-Avukat Ġenerali qal li ma hemmx raġunijiet biżżejjed għaliex Debono kellu jitqiegħed taħt att ta’ akkuża u għaldaqstant ma baqax jinsisti li jipproċedi kontrih.

    Debono ta’ 53 sena mill-Fgura, flimkien ma’ Clayton Azzopardi ta’ 34 sena minn Ħal Tarxien, kienu akkużati wkoll li kellhom fil-pussess tagħhom id-droga cannabis. Azzopardi waħdu kien akkużat li kiser il-kundizzjonijiet ta’ żewġ sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Maġistrati u li sar reċediv.

    Wara li rat l-imsemmija dikjarazzjoni tal-Avukat Ġenerali, il-Qorti preseduta mill-Imħallef Antonio Mizzi astjeniet milli tkompli tisma’ l-każ u ordnat in-notifika tagħha lil Carmel Debono. 

    L-Avukati Franco Debono u Amadeus Cachia dehru għal Debono. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0