Alfred Sant favur trasparenza fit-taxxi fl-Unjoni Ewropea imma kontra l-armonizzazzjoni fit-tassazzjoni

  • Diċ 06, 2017 16:49
  • Miktub minn iNews

    Alfred Sant esprima l-appoġġ tiegħu favur miżuri għal aktar trasparenza fit-taxxa iżda oppona l-proposti dwar miżuri għall-armonizzazzjoni tat-taxxa fuq livell Ewropew meta intalab indirizza l-konferenza “Nibnu sistema tat-taxxa fl-UE” organizzata mill-European Tax Adviser Federation (ETAF) fi Brussell.

    Il-Kummissarju Ewropew Pierre Moscovici kien preżenti għal din il-konferenza li kellha l-għan tgħaqqad l-Ewroparlamentari, rappreżentanti tal-Kummissjoni Ewropea u l-Presidenti tal-Kunsill tal-UE u professjonisti fil-qasam tat-tassazzjoni bl-għan li jkun diskuss ir-rwol tal-intermedjarji f’ “sistema Ewropea ta’ taxxa aktar ġusta”.

    Dr Sant saħaq li din il-leġiżlazzjoni “hija diġa` pass ’il quddiem li jiddefinixxi u jirregola kif se jkunu qed jaħdmu l-intermedjarji”. Mistoqsi dwar kif il-korporazzjonijiet se jkunu qed jirreaġixxu, Dr Sant saħaq li jista’ jkun hemm reazzjonijiet psikoloġiċi mill-klijenti, imma min-naħa l-oħra, “mhux il-korporazzjonijiet kollha huma immorali u qarrieqa”.

    “Huwa normali li l-korporazzjonijiet iridu jimminimizzaw il-kont tat-taxxa tagħhom, il-kwistjoni hija hux qed jagħmlu dan b’mod legali jew le. Nemmen li numru kbir ta’ korporazzjonijiet jixtiequ ippjannar tat-taxxa li hu legali u trasparenti,” qal l-Ewroparlamentari Malti.

    Il-Membri tal-Parlament Ewropew se jkunu qed jipproponu l-emendi tagħhom fuq id-Direttiva tat-Tassazzjoni waqt diskussjonijiet li se jibdew il-Ħamis fil-Kumitat Ekonomiku u Monetarju tal-Parlament Ewropew (ECON). 

    PHOTO CAPTION – Alfred Sant jindirizza Konferenza dwar it-tassazzjoni fl-UE fi Brussell.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0