Approvat masterplan għall-promenade ta' Marsalforn … 12,850 metru kwadru għat-tqegħid ta’ mwejjed u siġġijiet ta’ stabbilimenti

  • Diċ 06, 2017 17:00
  • Miktub minn iNews

    L-Awtorità tal-Ippjanar approvat masterplan għall-promenade ta’ Marsalforn li se jkun qed jalloka medda art ta’ 12,850 metru kwadru għat-tqegħid ta’ mwejjed u siġġijiet ta’ bars, restoranti u stabbilimenti oħrajn fiż-żona.

    Il-masterplan għall-promenade se jkun qed jinkludi numru ta’ toroq, fosthom Triq il-Port, Triq il-Forn, Triq San Ġużepp, Triq ir-Rabat u Misraħ Michelangelo Refalo.

    Il-masterplan se jkun qed iservi wkoll biex ikun żgurat li l-imwejjed u s-siġġijiet hekk kif proposti ma jkunux f’kunflitt ma’ użu ta’ art ieħor, l-aktar żoni residenzjali u dawk pedonali tul Triq il-Port u ż-żona tas-sajjieda fil-Menqa.

    Il-masterplan, se jkun qed joffri għażla ta’ diżinji kemm f’dik li hija għamara li tintuża, u kif ukoll tagħmir ieħor li jintuża għal ħtieġa ta’ dell.

    L-għan ewlieni tal-masterplan, li kien sottomess mill-Ministeru għal Għawdex, se jkun li ż-żona tal-promenade tkun promossa b’mod aħjar għal skop pedonali.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0