Oħt Daphne tiċħad li oħtha kienet qed tinvestiga l-10 persuni msemmijin f'artiklu Taljan

  • Diċ 06, 2017 19:34
  • Miktub minn iNews

    Kuntrarjament għal dak irrapportat mill-midja, Daphne Caruana Galizia ma kienet qed tinvestiga lill-ebda mill-għaxar suspettati li kienu arrestati fl-operazzjoni li żvolġiet kmieni filgħodu f’diversi lokalitajiet madwar Malta. Saħqet dan Corinne Vella, oħt Daphne, fi stqarrija li ppubblikat ftit tal-ħin ilu.

    Vella saħqet li wieħed faċilment jista’ jivverifika dan billi ifittex l-ismijiet fuq il-blog tal-istess Daphne Caruana Galizia.

    L-ismijiet tal-10 suspettati li ġew rilaxxati fuq bail kienu ppubblikati fuq ġurnal Taljan, bl-artiklu jgħid li Daphne kienet tikteb b’mod frekwenti dwar wieħed minnhom b’mod partikolari, Adrian Agius. Madankollu tfittxija tirriżulta bi tliet artikli qosra dwaru.

    Vella qalet li ma hemm l-ebda aktar artiklu dwar Agius, l-istess bħalma hemm l-ebda artikli dwar Robert Agius, Rudy Camilleri, Anton Cachia, Jamie Vella, Sandro Cilia, Miguel Caruana, Vince Muscat, George Degiorgio u Alfred Degiorgio (li lkoll issemmew fl-artiklu tal-ġurnal Taljan).

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 1

  •  
    N/A
    Diċ 06, 2017

    Mela qisa qed tiddefendi li dawn li tressqu l-Qorti !

    Irrispondi
  •  

Facebook