Ritratti: "Infern"... L-Ewropa mhedda mill-ISIS għal żmien il-festi

  • Diċ 07, 2017 13:53
  • Miktub minn iNews

    L-Istat Iżlamiku qiegħed jhedded li jattakka Pariġi fl-ewwel jum tas-sena li ġejja. Dan tħabbar fl-aħħar sigħat permezz ta’ propoganda diġitali li qiegħda turi fost ġellieda tal-ISIS u armi ppuntati fost affarijiet oħra.

    F’dawn l-immaġini li qed jinxterdu jidhru folol ta’ nies mexjin u sikkina mċappsa bid-demm f’tarf minnhom li qajmu allarm fost l-awtoritajiet ta’ Pariġi. Dan hekk kif fl-isfond jidher l-‘Arc de Triomphe’ u skrizzjoni li tgħid “L-ewwel tas-sena se jkun infern”. 

    Segwaċi ta’ dan il-grupp terroristiku xerrdu dawn l-immaġini li komplu jkebbsu fjamma ta’ biża’ li bdiet minn theddida preċedenti li kienet xeħtet fil-mira persuni li jagħmlu x-xiri tagħhom tal-milied bil-mixi.

    Jidher li dan it-theddid qiegħed jittieħed bis-serjeta bil-għan li ma jkunx ripetut dak li ġra f’Berlin fl-2016, attakk li ħalla 12-il vittma.

    Fost l-aktar postijiet f’riskju hemm Londra, New York u Ruma, iżda fost dawk mhedda kien hemm ir-Reġina, il-Papa u saħansitra l-edizzjoni li jmiss tat-Tazza tad-Dinja.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0