Seba’ snin ħabs u multa ta’ €23,000 talli importa d-droga

  • Diċ 07, 2017 15:32
  • Miktub minn iNews

    Kenny Johnson, li għandu karta ta’ identità Taljana u li nqabad b’1,363 gramma droga kannabis mal-wasla tiegħu bil-katamaran f’pajjiżna, kien ikkundannat seba’ snin ħabs u mmultat is-somma ta’ €23,000 wara li għażel li jammetti flok jgħaddi ġuri għall-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu. 

    Huwa ammetta li nhar is-26 ta’ Novembru tal-2014, għall-ħabta tal-11.00 p.m. kien importa u li kellu fil-pussess tiegħu d-droga kannabis. 

    Il-każ kellu l-bidu tiegħu wara tfittxija li saret minn Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga abbord il-katamaran tal-Virtu Ferries, li kien għadu kif wasal minn Sqallija. 

    Kenny Johnson twaqqaf wara li l-Pulizija nnotat li l-bagalja li huwa kien qed iġorr, kellha  xi ħaġa partikolari f’wieħed mill-kompartamenti tagħha u għaldaqstant issuspettaw li seta’ kien qed iġorr xi ħaġa llegali. Minn tfittxija ulterjuri li saret, irriżulta li f’dan il-kompartament kien hemm sitt pakketti suspettati kannabis li kienu ssiġillati.

    Mill-analiżi li saret fuq id-droga minn espert tal-Qorti, kien stabbilit li d-droga misjuba fuq l-akkużat kienet fil-fatt kannabis, b’piż totali ta’ 1,363 gramma, b’purità ta’ madwar 7.5% u li l-valur tagħha fis-suq dakinhar kienet ta’ €34,075.

    Wara li semgħet lil Johnson jammetti għall-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu, il-Qorti Kriminali preseduta mill-Imħallef Edwina Grima kkundannatu għal perjodu ta’ seba’ snin priġunerija flimkien ma’ multa ta’ €23,000.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0