Novermbru b'riżultati pożittivi għall-MIA

  • Diċ 07, 2017 17:22
  • Miktub minn iNews

    L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta kompla jirreġistra riżultati tat-traffiku tajbin, anki hekk kif daħal fl-istaġun tax-xitwa, b’Novembru jkun l-erbatax-il xahar konsekuttiv li matulu ntlaħaq tkabbir b’żewġ ċifri fil-movimenti tal-passiġġieri. F’Novembru, l-ajruport ospita ’l fuq minn 55,000 passiġġier aktar mill-2016 u b’hekk ix-xahar ingħalaq b’total ta’ 405,724 moviment. Dan ifisser li t-tkabbir fuq l-istess xahar tas-sena li għaddiet kien ta’ 15.8%. 

    Dan in-numru rekord ta’ passiġġieri għal Novembru kien osservat b’mod parallel ma’ żieda ta’ 18.1% filmovimenti tal-ajruplani u titjib ta’ 19.2% fil-postijiet disponibbli fuq it-titjiriet. Is-seat load factor (SLF) għal Novembru, li jindika kemm il-linji tal-ajru rnexxielhom jimlew postijiet disponibbli fuq it-titjiriet, naqas ftit u kien ta’ 79%.

     L-aqwa ħames swieq għax-xahar kienu responsabbli għal aktar minn nofs it-total tal-movimenti tal-passiġġieri għal Novembru. B’aktar minn 100,000 moviment tal-passiġġieri, ir-Renju Unit kien fil-quċċata tal-lista, segwit mill-Italja, il-Ġermanja, Franza u l-Belġju. Filwaqt li l-ewwel erba’ swieq kollha rreġistraw livelli differenti ta’ tkabbir, il-Belġju tilef madwar 570 passiġġier meta mqabbel mal-2016.

    L-akbar żieda ta’ passiġġieri f’Novembru ġiet mis-suq Pollakk, li kiber b’76.3% fuq is-sena li qabel. Din iż-żieda qawwija rriżultat minn bosta fatturi fosthom żieda fin-numru ta’ titjiriet fuq ir-rotot ta’ Gdansk, Krakow u Wroclaw. Swieq oħrajn li esperjenzaw titjib notevoli li rriżulta minn skeda ta’ titjiriet imtejba u allokazzjoni ta’ aktar kapaċità jinkludu t-Turkija, l-Awstrija u n-Netherlands.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0