"Konferma li Joseph Muscat u l-partit tiegħu gidbu dwari"

  • Diċ 07, 2017 18:24
  • Miktub minn iNews

    Fi stqarrija maħruġa mill-eks-kap tal-PN intqal li wara snin twal jigdbu fuqu u jipprovaw iħammġu ismu, il-media tal-partit ta’ Joseph Muscat illum ħarġu ta’ giddieba u ġew kundannata mill-Qorti f’kawża ta’ libell. 

    Busuttil kompla jgħid li għal snin twal, Joseph Muscat, il-partit tiegħu, il-media tiegħu u d-deputati tiegħu, għamlu kampanja ħarxa ta’ tfiegħ ta’ tajn meta qalu li hu gawda minn konsulenza ta’ miljun ewro meta dan ma kien veru xejn u żied jgħid li dan il-gideb anki rrepetihom diversi drabi Joseph Muscat innifsu fil-Parlament u barra l-Parlament.

    Minkejja kull caħda kategorika minn-naħa ta' Busuttil, Joseph Muscat u sħabu baqgħu jigdbu u jħammġu. Tant hu hekk li din il-kampanja qarrieqa kienet ċentrali fil-kampanja elettorali tal-Partit Laburista fl-aħħar elezzjoni tal-Parlament Ewropew.

    "Issa, illum, il-Qorti sabet li dan kollu kien gideb u kkundanat lill-gazzetta tal-Partit Laburista għad-danni f’kawża ta’ libell".

    Busuttil temm jgħid li mhux se nistenna li issa Joseph Muscat jerfa’ r-responsabbilita’ politika talli mexxa u ta l-barka tiegħu għal din il-malafama, għax fuq ħwejjeġ ferm aktar gravi ma refa’ l-ebda responsabbilita’.

    Artiklu fil-Kullħadd dikjarat libelluż

    L-editur tal-ġurnal Kullħadd Aleander Balzan, kien ikkundannat iħallas is-somma ta’ €1,000 f’danni lill-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil wara li l-Qorti tal-Maġistrati ddikjarat li artiklu li deher fl-imsemmi ġurnal kien libelluż u malafamanti fil-konfront tiegħu.

    L-artiklu nkwistjoni deher nhar il-21 ta’ Marzu 2014 u kien intitolat fl-ewwel paġna “Direct Orders għal Simon”, li jkompli fuq it-tieni paġna bit-titlu “Rigal tal-Istrina għal kumpanija ta’ Busuttil.”

    Fl-artiklu kien allegat li Busuttil personalment ingħata direct order, li l-kumpanija tal-Avukati li fih Busuttil kien sieħeb, ingħatat b’nofs miljun ewro f’konsulenzi mill-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li l-kumpanija Europa ngħatat konsulenza għal ftuħ ta’ wine bar. Kien allegat ukoll li fl-aħħar tas-sena 2012 il-kumpanija Europa ngħatat tliet kuntratti b’valur ta’ madwar €34,000, liema kuntratti ġew definiti fit-titlu “Rigal tal-Istrina għall-kumpanija ta’ Busuttil.”

    Fis-sentenza tagħha, il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Francesco Depasquale qalet li ma nġiebet l-ebda prova, għal għal ittra ppubblikata fil-ħarġa tal-gazzetta, li xi soċjeta ta’ Busuttil jew il-kumpanija ta’ Avukati tiegħu ngħatat Direct Order kif allegat.

    Mill-provi jirriżulta li Busuttil għandu sehem ta’ 16.7% tal-kumpanija Europa Research & Consultancy Services Ltd, u li d-Direct Order ppubblikata fl-artiklu datata 5 ta’ Frar 2009 ma ngħatatx lilu iżda lill-imsemmija kumpanija. 

    Il-Qorti qalet li filwaqt li ġie stabbilit li l-eks Kap tal-PN kien azzjonist tal-kumpanija Europa Research & Consultancy Services Ltd, ma nġabu ebda provi li juru li huwa personalment ingħata xi Direct Order kif kien qed jiġi allegat u wisq anqas ma nġiebet xi prova li turi li din il-kumpanija ngħatat kuntratti li l-artikolist ddeskriva bħala “Rigal tal-Istrina”. 

    Wara li rat il-provi kollha li nġiebu quddiemha, l-Qorti ddikjarat l-artiklu li kien ippubblikat fil-ġurnal Kullħadd bħala libelluż u malafamanti fil-konfront ta’ Simon Busuttil u kkundannat lil Balzan iħallsu s-somma ta’ €1,000.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0