Titlob għal azzjoni kontra burdnara mhux liċenzjati

  • Diċ 07, 2017 21:01
  • Miktub minn iNews

    Il-Burdnara Section Committee fi ħdan il-GRTU ressqet protest ġudizzjarju fil-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili kontra il-Kummissarju tat-taxxi li huwa ir-rappreżentant legali tad-dipartiment tad-dwana fejn formalment saqsiet biex tittieħed azzjoni immedjata kontra persuni mhux liċenzjati li qegħdin jiġu permessi jidħlu fil-port u jagħmluha ta’ Burdnara. 

    Fil-protest, il-Burdnara Section Committee innotat li Kap. 203, Artiklu 3 tal-liġi ta’ Malta jgħid li ħadd ma jista’ jagħmilha ta’ Burdnar ħlief b’permess tad-dwana u skont permess tad-dwana mogħti għalhekk mill-kontrollur. 

    Barra min hekk, żiedet tgħid li Artiklu 9 ta l-istess Kap jgħid li importatur, esportatur u sid ta merkanzija jistgħu jittrasportaw merkanzija minn jew għall-tinda tad-dwana, maħżen għal depożit, veranda, mall jew post iehor ta depożit, permezz tas-servizzi ta’ Burdnar liċenzjat.

    Qalet li għalhekk huwa ċar li persuni li qegħdin jigu permessi jidhlu fil-port u jagħmluha ta’ Burdnara mingħajr il-permessi neċessarji qegħdin imorru kontra Artikli 3 u 9 ta l-Att dwar il-Liberazzjoni u t-Trasport tal-Merkanzija.  

    Il-Burdnara Section Committee fi ħdan il-GRTU qed iżżomm il-Kummissraju tat-Taxxi responsabbli għal danni, spejjeż u interess li diġà sofrew u li jistgħu jsofru b’konsegwenza ta’ dan. Apparti dan talbet formalment lill-Kummissarju tat-Taxxi biex jieħu azzjoni mmedjata u jintervjeni jew jwaqqaf persuni mhux liċenzjati li qegħdin jitħallew jidħlu fil-port u jagħmluha ta’ Burdnara.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0