"Malta għandha post speċjali f'qalbi" - Giuseppe Giannini

  • Diċ 07, 2017 23:00
  • Miktub minn iNews

    Hekk kif ftit tas-sigħat ilu, wasal Malta l-ex player leġġendarju tat-team nazzjonali Taljan u ta' Roma, Giuseppe Giannini, dan is-sit irnexxielu jikseb l-ewwel kummenti tiegħu. Giannini saħaq li jinsab ferm kuntent li ġie jżur pajjiżna hekk kif kien il-mistieden speċjali tal-Kumitat Olimpiku Malti għall-okkażjoni annwali tal-MOC Awards. Huwa beda biex saħaq li pajjiżna għandu post speċjali f'qalbu hekk kif kien propju kontra Malta li għamel id-debutt tiegħu mat-team nazzjonali Taljan.

    Huwa kompla li mat-team nazzjonali Taljan għandu memorji mill-isbaħ speċjalment tat-Tazza tad-Dinja 1990 meta t-Taljani spiċċcaw fit-tielet post ta' din il-kompetizzjoni l-aktar importanti fl-isfera tal-football mondjali.

    Mistoqsi rigward l-esperjenza tiegħu ma' Roma, huwa qal li għandu memorji daqstent ieħor sbieħ jilgħab mat-team mill-kapitali Taljana hekk kif kien meqjus bħala idolu assolut tal-poplu Ruman u permezz ta' dan seta' jittrasmetti l-imħabba tiegħu għall-football lil bosta oħra.

    Huwa saħaq li l l-football minn żmienu għal-lum il-ġurnata nbidel ferm fejn forsi fi żmienu kien jipproduċi iktar players ta' talent, madankollu illum il-football huwa wieħed iktar veloċi u kkumerċjalizzat.

    Mistoqsi x'jaħseb fuq is-sitwazzjoni preżenti tat-team nazzjonali Taljan, huwa afferma li kien xokk għalih kif ukoll għall-Italja kollha, li t-Taljani ma rnexxielhomx jagħmluha għat-Tazza tad-Dinja 2018. Iżda huwa saħaq li ma ħax dan b'sorpriża kbira hekk kif tenna li jemmen li f'dawn l-aħħar tliet snin it-team nazzjonali  xejn ma mpressjona u ftit li xejn kien avventuruż. Huwa ma tefax il-ħtija kollha fuq l-ex coach tat-team, Giampiero Ventura, hekk kif qal li l-players ukoll għandhom x'jaħtu għal dan.

    Fl-aħħar huwa appella lill-pubbliku sportiv Malti biex jagħti importanza lill-isport kollu fosthom il-football, hekk kif bħall-każ tiegħu, dan jagħti spettru u tifsira ġdida lill-ħajja tal- bniedem, waqt li jgħinu jgħix ħajja aħjar. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0