L-impjegati ta’ British American Tobacco Malta jsebbħu r-Richmond Hostel f’Ħal Qormi

  • Diċ 22, 2017 21:09
  • Miktub minn iNews

    Ftit jiem biss qabel il-Milied, il-Hostel tal-Fondazzjoni Richmond f'Ħal Qormi ngħata dehra ġdida minn ġewwa grazzi għal inizjattiva mill-impjegati ta’ British American Tobacco Malta bħala parti minn ġurnata annwali ta' responsabbiltà soċjali korporattiva tal-kumpanija.

    Bit-tema ta’ “Inġibu valur kuljum lejn is-soċjetà", impjegati tal-British American Tobacco Malta ddedikaw għadd ta' sigħat biex jirrinnovaw il-ħitan ta’ ġewwa tal-hostel. Dan inkluda xogħol ta’ żebgħa u xogħlijiet oħra ta' manutenzjoni. Il-kamra tal-logħob tnaddfet minn għadd ta’ affarijiet bla bżonn bil-ħsieb li jinħoloq aktar  spazju għall-attivitajiet fuq ġewwa. Fl-istess waqt, il-mejda tal-biljards ingħatat manutenzjoni professjonali. Il-kumpanija sponsorjat ukoll ix-xiri ta’ imwejjed u siġġijiet ġodda għall-kamra tal-ikel. Fi spirtu veru tal-Milied, ikel tipiku ta’ dan l-istaġun festiv kien ppreżentat lir-residenti.

    Il-Fondazzjoni Richmond hi organizzazzjoni mhux governattiva li taħdem ma’ individwi li jbatu minn mard mentali fil-komunità. Il-Fondazzjoni tipprovdi servizzi komunitarji ta’ saħħa mentali bil-għan li jippromwovu l-benessri mentali, jindirizzaw il-prevenzjoni ta' problemi ta’ saħħa mentali, u jipprovdu appoġġ għal ħajja ta’ kwalità tajba. F’dawn l-aħħar snin, l-impjegati ta' British American Tobacco Malta wettqu proġetti ta’ responsabbiltà soċjali korporattiva għall-benefiċċju ta' għadd ta' organizzazzjonijiet fosthom il-Fondazzjoni Wirt Artna (2014), il-Kunsill Lokali u l-komunita’ ta’ Ħad-Dingli (2015) u Dar Leopoldo fil-Gżira (2016).

    Il-Kap tal-Kummerċ ta’ British American Tobacco Malta, Charles Saliba, qal: “Parti mit-tifsira  li tkun negozju soċjalment konxju u responsabbli hi li tħeġġeġ biex ikun hawn impatt pożittiv fis-soċjetà permezz ta’ responsabbiltà soċjali korporattiva attiva. Aħna qed nagħmlu dan billi nappoġġjaw regolarment NGOs Maltin u entitajiet oħra. Din is-sena għażilna li nagħtu daqqa t’id lill-Fondazzjoni Richmond peress li qed jagħmlu xogħol imprezzabbli fil-komunità tas-saħħa mentali u qed jaħdmu biex irawmu aktar kuxjenza u aċċettazzjoni fis-soċjetà.”

    Jennifer Azzopardi mill-Hostel tal-Fondazzjoni Richmond f’Ħal Qormi qalet: “L-għan tal-hostel hu li jipprovdi akkomodazzjoni b'appoġġ 24 siegħa kuljum lill-irġiel bi problemi ta' saħħa mentali. Kif wieħed jista’ jimmaġina, dan jirrikjedi ħin u dedikazzjoni li xi kultant jista' jħallina b'inqas riżorsi li jistgħu jintużaw għal proġetti oħra. L-appoġġ muri minn British American Tobacco Malta u l-impjegati tagħha se jgħin biex jinħoloq ambjent aktar pożittiv għall-benefiċċju tal-mistednin tagħna. Għal dan, aħna grati ħafna.” 

    Il-British American Tobacco twaqqfet fl-1902 bħala joint-venture bejn l-Imperial Tobacco Company tar-Renju Unit u l-American Tobacco Company, imwaqqfa minn James ‘Buck’ Duke. Fl-1907, BAT stabbiliet sales depot f’Malta. F’nofs is-snin ħamsin, Rothmans stabbiliet fabbrika f’Malta li bdiet topera taħt l-isem ta’ Carreras. Imbagħad fl-1972, BAT u Rothmans waqqfu fabbrika bl-isem ta’ Central Cigarette Company Limited (CCCL). Fl-1999, BAT u Rothmans ingħaqdu globalment u dan assigura trasizzjoni tajba biex is-CCCL tgħaddi fi ħdan il-Grupp BAT, bil-BAT Malta terġa’ tiffoka ħidmietha bħala organizzazzjoni ta’ trade marketing.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0