Il-Big Job bi premju kbir

  • Diċ 22, 2017 21:47
  • Miktub minn iNews
"

    Il-birra Big Job ta’ St Austell dan l-aħħar ġiet inkurunata bit-titlu tal-Aqwa Birra bbottiljata fl-Ingilterra waqt l-edizzjoni tal-premju annwali prestiġjuż tal-CAMRA (Campaign for Real Ale). Din il-kompetizzjoni tirrikonoxxi l-aħjar birer tal-pajjiż fil-fliexken.

    Il-birra Big Job saħħret lill-ġurija bil-konsistenza kremuża, bit-togħma ta’ ċitru u bl-aroma ta’ hops u lumi tagħha. Il-Big Job hi birra kbira, b’kontenut ta’ 7.2 fil-mija ABV u, kif qablu l-membri tal-ġurija, mhi xejn għajr barra fina.

    Il-CAMRA tgħodd aktar minn 188,000 membru madwar id-dinja, u hi magħrufa bħala waħda mill-aktar kampanji ta’ suċċess tal-konsumatur li qatt kien hemm fir-Renju Unit. L-għan tagħha hu li żżid il-birer ales, ciders u perries ta’ kwalità, u l-pubs u l-clubs f’kull komunità.

    Il-CAMRA twaqqfet fl-Ingilterra fl-1971 minn erba’ persuni li jħobbu l-birra, meta l-birer tradizzjonali b’togħma rikka kellhom theddida mill-birrara li kienu qed jipproduċu birra fqira u bla togħma. Permezz tal-kampanji bla waqfien tal-CAMRA, ir-‘real ale’ issa qed tkun prodotta f’aktar minn 1,500 birrerija madwar l-Ingilterra – għaxar darbiet aktar minn meta bdiet il-kampanja.

    Il-birrerija St Austell twaqqfet fl-1851 minn Walter Hicks ġewwa Cornwall fl-Ingilterra u għadha sal-lum 100% indipendenti u mmexxija mill-istess familja. St Austell Brewery tipproduċi ħafna mill-birer popolari tar-reġjun u topera negozju divers li qed ikompli jikber.

    L-għażla tal-birer St Austell, inkluż il-Big Job, huma impurtati, irreklamati u mqassma minn Farsons Beverage Imports Company (FBIC) Limited, membru tal-Grupp Farsons.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0