Mario Tonna jirriżenja minn Assistent Kummissarju wara rapport ta' vjolenza domestika

  • Jan 02, 2018 19:35
  • Miktub minn iNews

    Mario Tonna jirriżenja minn Assistent Kummissarju... Kien ilu jokkupa din il-kariga minn Ġunju li għadda

    L-Assistent Kummissarju Mario Tonna rriżenja mill-Korp tal-pulizija, dan wara li bagħat ittra ta’ riżenja li din ġiet aċċettata mill-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar.
    Dan kollu seħħ fid-dawl tal-aħħar inċident familjari li kellu Tonna meta kollox jindika li s-sieħba tiegħu għamlet rapport fl-Għassa tal-Pulizija nhar it-28 ta’ Diċembru dwar vjolenza domestikà.
    Dan is-sit huwa infurmat li din mhijiex l-ewwel darba li Tonna kien involva ruħu f’inċidenti simili, peress li s-sena l-oħra meta kien qed isir is-Summit tal-Unjoni Ewropea, allegatament kien involut f’argument u spiċċa biex tqattagħlu l-ġlekk li jilbsu l-Pulizija għal xi okkażjoni. Tonna dakinhar kellu joħroġ bis-sick peress li ma kellux ġlekk ieħor x’jilbes.
    Tonna fost affarijiet oħra kien instab ħati b’intimidazzjoni lejn wieħed mis-superjuri tiegħu fis-sena 2011. Fis-sena 2015 kien ingħata promozzjoni għal Supretendent u kien inħatar bħala Assistent Kummissarju proprju f'Ġunju li għadda.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0