“Mamma mia!... Għaliex dawn it-toroq imħarbta?” Monica Bellucci impressjonata b'dak li kapaċi joffri pajjiżna

  • Jan 02, 2018 20:06
  • Miktub minn iNews
"

    “Kif qaluli li hawn artista Taljana jien ma ħadtiex bi kbira għax hawn jiġu diversi persuni famużi, iżda mort nilqagħha bħalma nagħmel lil kull minn jiġi jżur il-post tagħna”. Dan kien l-ewwel kummen ta’ Anton, is-sid tal-Arka ta’ Noe li llum kellu żjara mill-artista Taljana Monica Bellucci, il-mara meqjusa bħala waħda mill-isbaħ nisa fid-dinja.

    Anton qalli li bilfors tieħu grazzja ma’ personalità bħal ta’ Bellucci, “ma setatx tieqaf tfaħħar il-post u tgħidli kemm jidhru kuntenti l-annimali tant li qalet li x’aktarx il-frieħ li l-bambin li għoġbu jagħtini huma frott tal-imħabba lejhom.”

    Anton qal li Bellucci baqgħet impressjonata b’dak li kapaċi toffri din il-gżira tant li stqarret miegħu li ma kinitx taf li f’pajjiżna kapaċi ssib minn kollox anke annimali f’postijiet bħalma hi l-Arka ta’ Noe u filwaqt li esprima s-sodifazzjon tiegħu qal li reazzjonijiet simili huma l-kuraġġ biex ikompli għaddej bil-ħidma tal-ħolma tiegħu.

    Anton qal li ħasra li personalità bħal mhi Bellucci se tħalli l-pajjiż fis-sigħat li ġejjin b'impressjoni mill-aqwa ta' dak kollu li kapaċi joffri dan il-pajjiż, iżda qabel ħalliet il-post staqsietu għaliex dak li jkun għandu jgħaddi minn toroq diżastrużi biex jasal f'post bħalma hu l-Arka ta' Noe.

    Esperjenza li ma tinsa qatt żgur li hija mawra sal-park tal-annimali Arka ta’ Noe fis-Siġġiewi. Anton Cutajar, is-sid ta’ dan il-post jistieden lil kulħadd biex iżur dan il-post u jara l-imħabba reċiproka ta’ dawn l-annimali li jafu li hemm min iħobbhom u jieħu ħsiebhom.

    Cutajar li jiddedika ħajtu għal dawn l-annimali eżotiċi, l-ħolma tiegħu saret realtà għax fl-aħħar xhur ingħata l-permess biex jibda jopera u beda t-triq li jiftaħ zoo b’differenza.

    L-Arka ta’ Noe huwa mgħammar b’bosta annimali eżotiċi li diffiċli naraw f’Malta bħal tigri, alpaki, lemurs, xadini, żebri, emu, kangarus, pappagalli, ċriev, mogħoż tal-muntanja u bosta tipi ta’ għasafar eżotiċi u papri ta’ kull tip u annimali oħra.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0