ADORAMUS - Kunċert tal-Epifanija f'Ħal Lija

  • Jan 04, 2018 15:32
  • Miktub minn iNews
"

    Wara li tajna bidu għas-sena l-ġdida 2018, il-Kor Tabor mistenni jiftaħ is-sena bil-kunċert tal-Epifanija 'ADORAMUS' għada l-Ġimgħa 05 ta' Jannar 2018 fis-7.30pm ġewwa l-Knisja Parrokkjali tas-Santissimu Salvatur f'Ħal Lija.

    Mal-Kor Tabor tingħaqad ukoll l-orkestra Tabor taħt id-direzzjoni ta' Mro. Andrea Cassar flimkien mal-kor mistieden, il-Kor Shalom tal-Mosta taħt it-tmexxija tas-Sinjura Rita Vassallo.

    Mal-korijiet u l-orkestra se jingħaqdu bosta solisti fosthom it-tenur bravu Arthur Micallef flimkien ma' għadd ta' solisti oħra kemm mil-lokal kif ukoll mill-Kor Shalom.

    Ir-repertorju se jinkludi siltiet popolari bħal 'Adiemus' ta' Karl Jenkins, 'Do You Hear What I Hear', 'Va Pensiero' u l-Antifona 'Et Audientes No.2' fost ħafna oħrajn.

    Jippreżenta din is-serata is-Sur Peter Paul Ciantar.

    Id-dħul huwa mingħajr ħlas.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0