GO tipprovdi €250,000 f’appoġġ għal kawżi tajbin

  • Jan 05, 2018 09:45
  • Miktub minn iNews

    GO plc ipprovdiet madwar €250,000 f’appoġġ għal kawżi tajbin matul dan il-perjodu ta’ festi. Minbarra li saru kontribuzzjonijiet finanzjarji diretti kemm minn GO, kif ukoll minn inizjattivi ta’ ġbir ta' fondi li għamlu l-impjegati għall-Istrina u għall-Festa ta’ Generożità, dan l-appoġġ kien jinkludi ukoll il-provvista ta’ komunikazzjonijiet u servizzi tad-dejta flimkien ma' mijiet ta’ sigħat ta' appoġġ tekniku li ngħata mill-impjegati.

    Il-Kap Eżekuttiv ta’ GO Attila Keszeg, qal, "F'isem GO, nixtieq nirringrazzja ħafna lill-pubbliku Malti li għal darb'oħra kien hekk ġeneruż u li tant jagħmel biex jgħin lill-oħrajn. GO dejjem kienet fiċ-ċentru tas-soċjetà Maltija, tgħin lin-nies jibqgħu konnessi, u terfa’ r-responsabbiltà tagħha lejn il-komunità b’tant serjetà. L-appoġġ tagħna, b'mod partikolari lejn il-Malta Community Chest Fund, hu impenn kontinwu li jibqa’ għaddej is-sena kollha u li għalih mhux biss il-Grupp iżda anki bosta impjegati jiddedikaw kemm ħafna ħin kif ukoll impenn. "

    Bħala parti minn dan l-impenn, GO se tkun qed tappoġġja ukoll il-Festa Ċitru li se ssir aktar tard dan ix-xahar fil-Palazz ta’ San Anton. Din se tkun l-ewwel minn serje ta’ avvenimenti organizzati matul is-sena mill-Malta Community Chest Fund b’appoġġ minn GO.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0