Isabbat tarbija ta’ ftit xhur ma’ siġra sakemm joqtolha … iqatta’ lil sieħbu ‘steaks’ biex jikolhom

  • Jan 07, 2018 19:40
  • Miktub minn iNews
"

    Irid ikollok stonku ta’ bagħal kif jgħid il-Malti biex tistupra mara u toqtol tarbija. Kollox jindika li l-mara nħatfet biex tkun stuprata.  Imma meta l-mara ma felħitx iżjed u ġiet abbandunata, l-aggressur ma wera ebda ħniena mat-tarbija ta’ ftit xhur. Jaqbadha u jibda jsabbtilha rasha ma’ zokk ta’ siġra. Baqa’ itiha sakemm mietet.  Ħalliha fl-art u spiċċat biex partijiet minnha ttieklu mill-annimali.  

    Atti xokkanti li minħabba fihom dawn l-aggressuri baqgħu maħrubin f’foresta ta’ Tasmanja. Jgħixu kif jgħixu l-annimali. Imma meta naqashom l-ikel x’għamlu? Daru għal wieħed minn sħabhom u qattgħuh biċċiet. Fi kliemhom stess “għamlu l-isteaks biex jikluhom”.

    Din hi l-istorja xokkanti ta’ Thomas Jeffries li kien magħruf bħala Mark Jeffries. Kien persuna deskritt bħala ‘bushranger’ jiġifieri persuna Brittanika li ssetiljat fl-Awstralja billi jgħix fil-foresti. Kien meqjus li jrid ikollok ċertu stamina biex tgħix fil-foresti Awstraljani.  Thomas żviluppa f’serial killer u kannibalu fil-bidu tas-Seklu Dsatax. Hu kien jgħix f’Tasmanja. 

    Jeffries kien ġie trasportat għal għomru mill-Iskozja fuq il-bastiment “Albion” f’Ottubru tas-sena 1823.  Hu kien ingħata sentenza ta’ 12-il xahar ħabs f’Macquarie Harbour u dan minħabba li kien hedded li jagħti xebgħa sikkina lil wieħed kuntistabbli.  F’Awwissu tas-sena 1825 hu kien inħatar bħala persuna li tieħu ħsieb tindif ta’ dar f’Launceston Gaol.  Hu kien wieħed minn sitt persuni fl-istorja ta’ Macquire Harbour li rnexxielu jaħrab minn hemm. 

    Jeffries kien meqjus bħala li jattakka sesswalment b’mod vjolenti. Filfatt f’Awwissu tas-sena 1825, Jeffries u tliet persuni oħra, Perry, Russell u Hopkins, ħarbu minn Launceston Watch House.  Ma waqfux hemm.

    Dan għax huma serqu lil raġel kunjomu Barnard, u daħlu fid-dar ta’ koppja bil-kunjom Tibbs.  Din id-dar kienet madwar ħames mili bogħod minn Launceston. 

    Il-mara ta’ Tibbs u t-tarbija ta’ ħames xhur tagħhom flimkien mal-ġara tagħha f’dak il-ħin kienu fid-dar.  Jeffries u t-tlieta ta’ miegħu ppruvaw jorbtu lill-ġar ma’ siġġu iżda dan beda jirreżisti.  Lill-ġar sparawlu f’rasu, waqt li r-raġel li kien jgħix fir-residenza safa ferut.

    Quddiem dan, it-tliet aggressuri ddeċidew li jieħdu lill-mara u lit-tarbija.  Ġara li l-mara bdiet tagħmilhielhom diffiċli u kien hawn li Jeffries qabad lit-tarbija u beda jsabbtilha rasha b’mod vjolenti ma’ siġra. Spiċċa biex qatilha. 

    Lil Tibbs telquha waħidha u din irritornat lejn darha.  Mhux magħruf, għax baqa’ qatt ma kien stabbilit, jekk din kinitx ġiet stuprata minn Thomas Jeffries u sħabu.  It-tarbija nstabet ġimgħa wara fejn partijiet sostanzjali minnha kienu ttieklu mill-annimali tal-foresta.

    Skont hi, Jeffires kien qed jgħid li hu kaptan u filfatt kien liebes kowt iswed twil, u beritta magħmula mill-ġilda tal-kangaroo.

    Spiċċaw bla ikel

    Wara l-ħarba minn Launceston, l-erba’ aggressuri  spiċċaw bla ikel. Dan kien il-mument li t-tensjonijiet bejniethom bdew jiżdiedu.  Kif se jieklu? Bil-ġuħ jagħfas huma daru fuq wieħed mill-aggressuri stess. Qatlu lil Russel billi sparawlu f’rasu u bdew jieklu parti minn ġismu. Peress li kienu jivvjaġġaw, kienu jġorru dak il-laħam magħhom. Filfatt fil-proċeduri tal-Qorti, Jeffries beda jgħid li hu kien iqatta’ l-ġisem ta’ Russel f’biċċiet tal-laħam bħala ‘steak’, jaqluhom u jikluhom. 

    Jidher iżda li mbagħad abbandunaw dan il-laħam, meta sabu razzett li fih kienu jitrabbew in-nagħaġ. Kien hawn li bdew jieklu l-laħam tan-nagħaġ.

    Joqtol kuntistabbli

    Is-sensiela ta’ kriminalità ta’ Jeffries kompliet għaddejja meta f’Jannar tas-sena 1826 hu kien qatel lill-kuntistabbli Magnus Bakie f’George Town.  Hu qatlu billi sparalu f’rasu.   Għal xi żmien Jeffires ingħaqad ma’ ġgajta, iżda dawn xejn ma niżlitilhom l-attitudni sesswali vjolenti tiegħu lejn in-nisa. Filfatt dawn keċċewh minn magħhom u ddikjarawh bħala ‘mostru”.

    Jeffries inqabad fit-23 ta’ Jannar 1826 f’South Esk. Meta ttieħed lura f’Launceston ir-residenti kienu lesti għalih. Hu jidher li kkopera sew mal-awtoritajiet u filfatt tahom ħafna informazzjoni oħra dwar persuni li kienu jgħixu fil-foresti fosthom Matthew Brady. Meta sema’ b’dan Matthew Brady kien għamel attakk fuq il-lock up f’Launceston u ħarrab il-priġunieri kollha. Jeffries qala’ xebgħa għall-mewt.  Jeffries ingħata l-forka  f’Mejju tas-sena 1826.  Miegħu ngħata l-forka wkoll Brady.  

    Thomas Jeffries hu meqjus bħala wieħed mill-agħar kriminali li qatt rat l-Awstralja.

    Jeffries aġitat qabel il-forka

    Jeffries jidher li kien aġitat sew qabel tela’ fuq il-patibolu; l-istess kif kienu persuni oħra li ngħataw il-forka miegħu. Brady deher li l-aktar li kien qiegħed iżomm sod.  Jeffries deher jitlob b’mod ferventi ħafna ftit qabel.  

    Meta l-bojja beda jirranġa l-ħbula, il-kriminali tpoġġew fuq bank u niżżluhom għarkubbtejhom biex jitolbu. Preżenti għal esekuzzjoni ta’ dawn il-kriminali kien hemm għadd kbir ta’ nies.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0