Biża' ta' diżastru ekoloġiku fil-baħar taċ-Ċina

  • Jan 09, 2018 07:47
  • Miktub minn iNews

    F’dak li qed jhedded li jispiċċa f’diżastru ekoloġiku, it-temp ikrah qed ixekkel l-isforzi biex ikunu kontenuti n-nirien u l-ħruġ ta’ żejt abbord tanker taż-żejt, aktar minn 60 siegħa mindu seħħ l-inċident fil-baħar tal-Lvant taċ-Ċina.

    Iċ-Ċina qed tgħid li t-tanker għadu maħkum minn nirien qawwijin wara li ħabar ma’ vapur tal-merkanzija madwar 260 kilometru ’l barra mill-kosta ta’ Shanghai.

    Abbord it-tanker kien hemm mal-136,000 tunellata ta’ żejt mhux raffinat. Minkejja li ż-żmien li għadda, l-ħaddiema tas-salvataġġ għadhom qed ifittxu għall-31 membru tal-ekwipaġġ li għadhom rapportati bħala neqsin.

    S’issa nstab biss il-ġisem ta’ wieħed biss mill-baħrin abbord it-tanker, li b’kollox kellu 32 baħri abbord.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0