Jifirduhom wara tlett ijiem żwieġ... reġgħu raw lil xulxin 60 sena wara u reġgħu żżewġu

  • Jan 10, 2018 12:05
  • Miktub minn iNews

    Tibqa’ tagħrfu bniedem wara li tkun ilek 60 sena ma tarah? Din hi domanda li m’hemmx dubju se jkollha tweġibiet differenti. M’hemm ebda dubju li trid tkun veru tħobb persuna u bqajt taħseb fiha biex wara 60 sena mifrud minnha fejn qatt ma rajtha aktar, taraha ftit metri bogħod minnek u tagħrafha. Din hi realtà li seħħet f’ir-Russja. Koppja li kienu għadhom kif iżżewġu iżda lanqas damu erbat ijiem flimkien wara ż-żwieġ għax ir-raġel intbagħat iservi lin-nazzjon f’kunflitt li kien hemm. Qatt ma ltaqgħu aktar. Iżżewġu mill-ġdid it-tnejn li huma. Lil min iżżewġu wara snin sħaħ flimkien mietu ukoll. Hemm min jemmen li Anna u Boris kienu destinati li jerġgħu jiltaqgħu. Filfatt ftit aktar minn 60 sena mindu kienu żżewġu huma reġgħu iltaqgħu b’kumbinazzjoni meta r-raġel mar iżur il-qabar tal-ġenituri tiegħu.

    Boris ikun imsejjaħ mil-militar... jeżilawlu l-martu fis-Siberja

    Kienu għaddew tlett ijiem biss mindu Boris u Anna Koslov iżżewġu, meta Boris jirċievi messaġġ biex b’mod immejdat jingħaqad mat-taqsima tal-militar li kien fiha għal impenn li kien hemm. Il-koppja, biesu lil xulxin qabel infirdu iżda qatt ma stennew li kellhom jgħaddu 60 sena biex jerġgħu jiltaqgħu. Il-ħsieb tagħhom kien li se jerġgħu ikunu flimkien fi żmien qasir u jkabbru familja.
    Imma meta Boris irritorna lura f’daru sab id-dar vojta. Kienet tidher li kienet ilha mhux ħażin abbandunata. Fittex fuq li fittex kien kollu għal xejn. Elf ħsieb għaddew minn moħħu ta’ x’seta’ ġara minn martu. Staqsa fuq li staqsa. Kull ma sar jaf kien li martu kienet telqet.

    Martu ġiet dikjarata għadu tal-Istat minn Stalin

    Meta Boris kien mar biex iservi fil-militar, martu u l-familja tagħha kienu ġew dikjarati bħala ‘għedewa tal-Istat”. Martu u l-familja tagħha intbagħtu fl-eżilju fis-Siberja. Post remot għall-aħħar. Post li diffiċli biex tagħmel kuntatt fih. Boris ma kellu ebda ħsieb li martu spiċċat hemm. Minkejja li beda jipprova jfittex, ma kienx ċert jekk kinitx ħajja jew le.
    Anna tgħid li “jien ma ridtx nitlaq minn fejn kont ngħix. Bdejt nikkontempla li nagħmel suwiċidju. Ma ridtx ngħix mingħajru. Kont sfurzata inmur. Kienet l-aktar parti diffiċli ta’ħajti”.

    Boris jagħmel snin ifittex lil martu

    Minkejja li ma kellu ebda ħjiel ta’ fejn kienet spiċċat martu, Boris kien għamel snin ifittixha. Imma ma sab ebda tarf. Biż-żmien għaddej Boris kien qata qalbu li jsibha. Anna ukoll kienet qatgħet qalbha li jiltaqgħu, għalkemm anki hi ma kinitx taf x’ġara minnu.
    Omma Anna bdiet tħeġġiġha biex terġa’ tiżżewweġ. Bdiet tgħidilha li Boris kien reġa’ żżewweġ għalhekk qatt ma bagħtilha ittri fil-post il-ġdid fejn kienu qed jgħixu. Darba minnhom meta Anna rritornat mix-xogħol sabet ħuġġieġa u saret taf li ommha kienet ħarqet l-ittri, il-poeżiji ta’ Boris u saħansitra ir-ritratti tat-tieġ bejn Anna u Boris.

    Hi reġgħet iżżewġet u anke Boris reġa’ iżżewweġ. It-tnejn li huma kellhom it-tfal. Imma minkejja li għadda żmien baqgħu ma nsewx lil xulxin. Boris kien anke kiteb ktieb dwar Anna, il-mara li ħabb u li għex magħha bħala raġel miżżewweġ għal tlett iljieli biss.
    Jgħaddi ż-żmien u kemm Anna u kemm Boris romlu. Kien fis-sena 2007 meta Anna, armla u tista’ tgħid waħidha marret iżżur id-dar li kienet tgħix fiha hi u Boris. Riedet iġġedded il-memorji ta’ dawk it-tlett iljieli. Irritornat biex tiftakar f’dak iż-żmien u ssellem lil Boris li issa kienet konvinta aktar minn qatt qabel li qatt mhu se tarah aktar.

    Boris jirritorna wkoll

    Bil-waqgħa tal-Unjoni Sovjetika Anna setgħet tirritorna fil-villaġġ. Ma kinitx xi ħaġa faċli. Kellu jgħaddi ż-żmien. Imma ġara li fl-istess żmien li Anna rritornat fil-villaġġ, Boris irritorna ukoll. Kellu 80 sena. Mar biex ipoġġi l-fjuri ufq il-qabar ta’ missieru u ommu. Kien hawn li għajnejh marru fuq mara li kien hemm fit-tarf tat-triq. Anna ukoll kienet qed tarah. Imma ma kinitx ċerta minn għajnejha. Ħasbet li qed iqarrqu biha. ‘Rajt lil dan ir-raġel riesaq lejja. Deher familjari. Rajtu jħares lejja. Qalbi qabeż. Indunajt li kien Boris.
    Boris ġera lejha u qalilha ‘sabiħa tiegħi. Il-mara tiegħi, ħajti.” Ma qalax għajnejh minn fuqha. Jiddikjara li “iva ħabbejt nisa oħra imma dan kien meta konna separati min xulxin. Anna kienet l-imħabba vera ta’ ħajti”.
    Jagħmlu l-lejl flimkien jirrakkontaw dak li għaddew minnu matul dawk is-sittin sena. Huma iltaqgħu meta Boris kienet is-Segretarju tal-Komunisti Żgħażagħ u hu kellu jagħmel diskors fil-villaġġ. Hemmhekk iltaqa’ ma’ Anna. Boris ma kienx f’sitwazzjoni faċli, għax missier Anna kien irrifjuta li jaħdem f’razzett kollettiv qabel it-Tieni Gwerra Dinjija. Imma għal Boris din ma kinitx problema. “Jien kont inħobbha lil Anna u kont lest niddefendiha”. Spiċċa fi-kunflitt tat-Tieni Gwerra u meta rritorna żżewġu.
    Jipproponilha li jerġgħu jiżżewġu. Anna tirreżisti. “Nistgħu ngħixu flimkien il-bqija ta’ ħajitna. Imma tibdel fehmtha u jerġgħu jiżżewwġu.

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook