Imut ex player ta' Wigan fl-etá ta' 29 sena

  • Jan 10, 2018 14:16
  • Miktub minn iNews

    Il-player mill-Honduras, li kien jilgħab ma’ Wigan, Juan Carlos Garcia, miet bil-marda tal-lukemja fl-eta’ ta’ 29 sena. Fil-finali tat-Tazza tad-Dinja fil-Brażil huwa lagħab darba.

    Garcia kien ingħaqad ma’ Wigan f’Lulju 2013 meta ħaduh b’xejn u lagħab l-uniku logħba fit-telfa 5-0 tal-League Cup kontra Manchester City.

    Fis-sajf tal-2014 huwa kien ingħata b’self lil Tenerife ta’ Spanja, iżda rritorna lura fi Frar 2015 meta ġie żvelat li kien marad.

    “Din hija aħbar traġika u aħna nibagħtu l-kondoljanzi profondi tagħna lill-familja u lill-ħbieb tiegħu,” qal iċ-chairman David Sharpe.

    “Offrejna s-sapport li stajna, iżda minkejja l-aqwa kura possibbli fi Christie’s Hospital, Juan Carlos ma kienx kapaċi jissupera din il-marda,” qal Sharpe.

    Anke l-kap eżekuttiv tal-PFA, Gordon Taylor qal li Garcia “ se jiġi mmissjat” minn dawk kollha li kienu jafuh, waqt li ex-kollegi tiegħu bagħtu l-kondoljanzi tagħhom fuq il-media soċjali.

    Wigan se jagħmlu minuta silenzju qabel il-logħba tas-Sibt kontra Peterborough.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook