Omm it-tifel li kważi faga b'ringrazzjament pubbliku

  • Jan 10, 2018 15:00
  • Miktub minn iNews
"

    Omm it-tifel ta' 10 snin minn Ħal Tarxien li kważi faga waqt li kien qed jiekol irrikorriet għall-Facebook biex tirringrazzja lil dawk kollha li għenuhom f'dan il-mument diffiċli.

    L-omm tellgħet il-kumment tagħha fuq il-paġna “Ommijiet ngħinu lil xulxin” għax, fi kliemha, ma xtaqitx li isem binha joħroġ fil-beraħ ħalli meta jmur lura l-iskola wara l-vaganzi tal-Milied ma jkunx hemm min jibbuljah.

    Hija qalet li issa li kienu lura d-dar u tinsab ftit kwieta xtaqet tirringrazzja lil kull min ta l-għajnuna tiegħu fosthom lil oħtha u ġar tagħha li mal-ewwel marru jiġru jgħinuhom.

    L-omm irringrazzjat lil tal-ambulanza, fosthom l-infermieri, talli waslu d-dar mill-ewwel fejn faħħret il-fatt li din telqet miċ-ċentru tas-saħħ ta' Raħal Ġdid u mhux minn Mater Dei u għalhekk setgħet tasal malajr.

    Hija ma naqsitx li tirringrazzja lill-infermieri u t-tobba fil-Mater Dei tal-għajnuna kollha li taw lill-familja f'dan il-mument diffiċli.

    “Kumment żgħir li nixtieq ngħaddi hu li bħalma hemm ambulanza Raħal Ġdid ikun hemm iktar imqassmin ma' Malta ħalli jekk jiġri xi ħaġa ta' emerġenza jaslu malajr bħalma waslu fil-każ tiegħ. U ħaġa oħra li mhux it-tfal żgħar biss iridu joqgħodu attenti kif jieklu imma kulħadd”.

    L-omm temmet tikkummenta li issa jistgħu jerġgħu jorqdu d-dar u talbet lil Alla jżomm idejh fuq il-ħaddiema tas-saħħa ħalli bħalma għenu lit-tifel tagħha jgħinu lil ħaddieħor.

    Għalkemm dan il-każ spiċċa b'wiċċ il-ġid, fil-ġimgħa ta' qabel il-Milied tifel ta' erba' snin li sfortunatament tilef ħajtu wara li faga f'zalzett. Huwa qatta madwar ġimgħa fl-Isptar Mater Dei qabel ma Lejliet il-Milied intfewlu l-magni li kienu qed iżommuh ħaj.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0