Il-ġenerazzjoni tagħna jeħtieġ li tkun pont għall-futur

  • Jan 10, 2018 20:52
  • Miktub minn iNews
"

    Waqt diskors f’avveniment organizzat mill-Assoċjazzjoni tal-Komunità Ċiniża f’Malta, is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej u Djalogu Soċjali Aaron Farrugia nnota li xi ħaġa li tgħaqqad lil Malta u liċ-Ċina huwa l-fatt li ż-żewġ pajjiżi huma kburin bil-passat tagħhom iżda li madanakollu ma jridux jgħixu fil-passat. “Aħna dejjem naħsbu dwar iż-żmien li ġej, u ninsabu ffukati fuq il-futur”, qal Aaron Farrugia. 

    Is-Segretarju Parlamentari nnota li Malta llum tinsab eċitata bl-opportunitajiet tal-futur u r-relazzjoni tagħna maċ-Ċina. Huwa qal li filwaqt li Malta tħares ’il barra minn xtutna, inħaddnu l-bidla u mhux nibżgħu minnha.

     

    Aaron Farrugia qal li Malta hija l-istorja suċċess Ewropea ta’ dawn l-aħħar għaxar snin, u “filwaqt li aħna niċċelebraw is-suċċessi tagħna, bħaċ-Ċina, nirrikonoxxu li għandna għażliet li rridu nagħmlu fejn jidħol il-futur tagħna, għażliet li ser ifasslu ħajjitna għall-50 sena li ġejjin.”

     

    Aaron Farrugia semma wkoll li hemm ħafna sfidi kumplessi li jeħtieġ jiġu indirizzati, però li huwa ċar hu li l-ġenerazzjoni żagħżugħa jeħtieġ tkun pont għall-futur, minflok tħares lejn il-passat. “L-iżvilupp sostenibbli jinsab fiċ-ċentru tal-aġenda tad-djalogu soċjali f’Malta: il-promozzjoni tal-well-being ekonomiku, soċjali u ambjentali tagħna, u t-titjib tal-kwalità ta’ ħajja taċ-ċittadini tagħna”, qal is-Segretarju Parlamentari Farrugia. 

    “Meta nħarsu ’l quddiem għall-50 sena li ġejjin, l-isfida tagħna, ta’ Malta u ċ-Ċina, hija li nibnu ekonomija, soċjetà u ambjent li huwa sostenibbli, li jilqa’ l-bżonnijiet tal-ġenerazzjonijiet tal-futur, mhux tagħna biss. Fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin ser inkun qiegħed inħabbar pjanijiet biex naħdmu mal-imsieħba soċjali ħalli nfasslu għanijiet fit-tul li jirriflettu l-Malta li rridu naraw, kemm preżentament u anke fil-futur, u hija x-xewqa tiegħi li intom ilkoll tkunu parti minn din id-diskussjoni”, ikkonkluda s-Segretarju Parlamentari.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0