Imut missier Emanuel u Joseph Cuschieri

  • Jan 11, 2018 08:47
  • Miktub minn iNews
"

    Tħabbret il-mewt ta' Joseph Cuschieri, missier l-eks-President tal-Partit Laburista u preżentatur fuq One Radio, Emanuel Cuschieri, u l-eks-membru parlamentari f'Malta u fl-Ewropa, Joseph Cuschieri.

    Minkejja li missieru kien qiegħed f'dar tal-anzjani minħabba d-dimensja, Emanuel Cuschieri baqa' dejjem ħdejh jieħu ħsiebu u kien anke stqarr kif irrifjuta ċertu xogħlijiet offruti lilu biex ikun jista' jdur miegħu.

    Fuq Facebook huwa kiteb: “minn issa 'il quddiem ħajti hija mibdula kompletament … vojt kbir … it-teżor tiegħi missieri fit-3.30 a.m. mar jiltaqa' mal-Mulej u mal-mama tiegħi … Daddy inħobbok … xxx … tajtek dak kollu li stajt … Muelj ħu ħsiebu … se jasal għandek qaddis ta' veru … Mulej tini l-kuraġġ … inħossni waħdi”.

    Huwa kemm-il darba kien jirringrazzja pubblikament lil dawk li kienu jmorru jżuru lil missieru u fost l-iktar mumenti li jiftakar kien hemm dak meta missieru żaru l-eks plejer tal-Arġentina u tal-Inter Javier Zanetti peress li Emanuel Cuschieri huwa partitarju kbir tal-imsemmi tim Taljan.

    Anke Joseph Cuschieri sellem il-memorja ta' missieru meta fuq il-paġna tiegħu ta' Facebook kiteb: “strieħ fis-sliem ta' dejjem fi ħdan il-Ħallieq għażiż missieri. Issa daqhekk tbatija ta' din id-dinja. Issa gawdi lil Missier Etern ħdejn l-għażiża ommi”.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0