“Deċiżjoni tal-UEFA tista' twassal għal tkeċċija mill-impjieg”

  • Jan 11, 2018 10:22
  • Miktub minn iNews

    Is-sospensjoni li ngħataw sitt plejers tat-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena mill-UEFA fuq akkużi ta’ korruzzjoni sportiva jista’ jkollha impatt fuq l-impjieg personali tagħhom, skont “in-natura tax-xogħol u tal-professjoni tagħhom.” Saħaq dan l-avukat Peter Fenech f’kummenti li għadda lil dan il-ġurnal b’reazzjoni għad-deċiżjoni meħuda mill-UEFA fis-sigħat ta’ qabel.

    Hekk kif ilbieraħ ħarġet l-aħbar li sitt membri tat-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena (Samir Arab, Ryan Camenzuli, Llywelyn Cremona, Luke Montebello, Emanuel Briffa, Kyle Cesare) ingħataw sospensjonijiet mill-Bord tal-Kontroll, l-Etika u d-Dixxiplina tal-UEFA fuq akkużi ta’ korruzzjoni fil-logħob li t-tim Malti lagħab kontra l-Montenegro u r-Repubblika Ċeka (bl-aħħar żewġ atleti, Briffa u Ċesare, jkunu sospiżi għal għomorhom), avviċinajna lil diversi esperti legali fil-qasam tal-isport, sabiex jeżaminaw l-effett li dawn is-sospensjonijiet jistgħu jkollhom. 

    Dr Fenech, li kien wkoll eks Vici-President tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol (MFA), tenna li din il-kundanna “hija waħda ta’ natura sportiva, allura ta’ natura ċivili.” 

    Fl-istess ħin, l-avukat Ian Spiteri Bailey tenna, li dawn il-proċeduri mhumiex ta’ natura kriminali, “allavolja jista’ jagħti l-kas li jaslu għal proċeduri kriminali. Il-kondotta kriminali personali ta’ persuna,tista tiġi mħammġa biss jekk ikun hemm kundanna tal-Qorti Kriminali.” 

    Skont Spiteri Bailey, “id-deċiżjoni tal-Bord tal-UEFA tista tiġi ppreżentata bħala prova quddiem il-Qorti Maltija, però l-akkużat li qiegħed jaffaċja l-akkużi kriminali jista jsaqsi li l-evidenza terġa tiġi ppreżentata mill-ġdid.” 

    Mistoqsi jekk din id-deċiżjoni hija waħda li tista tiġi kkunsidrata mill-Qrati Maltin, Fenech ikompli jżid li din id-deċiżjoni tat-tribunal internazzjonali, “għalkemm ta’ natura ċivili, mhijiex sejra awtomatikament tiġi rikonoxxuta mill-Qrati Lokali; però, din hija infurzabbli fil-ġuriżdizzjoni sportiva lokali. Għandha tiġi infurzata, u trid tiġi infurzata.” 

    “Id-deċiżjoni (tal-UEFA) biċ-ċert sejra twassal għat-terminu tal-kuntratti ta’ dawn il-persuni relatati mal-isport, u jista jkun li jkollhom impatt fuq l-impjieg personali tagħhom, però jiddipendi fuq in-natura tax-xogħol u tal-professjoni tagħhom.” 

    Dan is-sentiment huwa rripetut ukoll minn Spiteri Bailey, li jżid li l-possibilità li wieħed jitneħħa mix-xogħol abbażi ta’ din id-deċiżjoni “ma tistax tiġi eskluża, però tiddipendi ħafna fuq ċerti ċirkostanzi li jikkonċernaw l-impjieg tal-individwu.” 

    Fl-aħħar nett, Dr Fenech jirrimarka li allavolja l-każ huwa magħluq, id-deċiżjoni li ttieħdet mill-bord tal-UEFA mhijiex neċessarjament finali: “Dawn l-atleti għandhom dritt ta’ appell quddiem it-Tribunal t’Appell tal- Arbitraġġ, taħt ir-regolamenti tal-Qorti tal-Arbitraġġ tal-Isport.” Dr Spiteri Bailey tenna li hemm diversi liġijiet tal-UEFA fejn jidħlu l-proċeduri t’appell eżistenti, u li huwa ċert “li dawn in-nies sejrin jieħdu l-avviżi legali kollha possibli.” 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0